Huma bosta l-artisti, u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-films f’Malta li jinsabu rrabjati għal mod kif il-Gvern mhux jgħinhom javvanzaw fil-karriera tagħhom…filwaqt li għaddej bi tberbieq ta’ flus bla rażan.
Saqsejna lill-Ministru Clayton Bartolo xi jwieġeb ghal din ir-rabja tal-artisti u l-professjonisti f’dan is-settur, bil-Ministru jaħrab għal darba darbtejn tlieta milli jiwieġeb id-domandi ta’ Net News.
Ġ: “Xi twieġeb għar-rabja tal-artisti li hemm bħalissa fis-settur?”
M: “Jiena nieħu gost li qed hawnhekk, ili qegħdin naraw l-Malta Film Week”
Fl-aħħar jiem, diversi producers, esperti li jaħdmu fil-films u professjonisti fid-dinja tal-media urew il-frustrazzjoni tagħhom għall-mod li bih il-Gvern qed iberbaq il-flus fil-‘Film Awards’, iżda mhux jinvesti flus fihom bħala professjonisti. Għalhekk, għamilna tentattiv ieħor, bil-Ministru jibqa’ jaħrab milli jwieġeb.
Ġ: “Ma weġibtnix, xi twieġeb għar-rabja tal-artisti? Ma nafx jekk forsi rajtx il-filmati li tefgħu uħud mill-artisti, għandek idea tagħhom?”
M: “L-isfidi aħna dejjem indawruhom f’opportunitajiet.”
Għal domanda oħra, il-Ministru Bartolo baqa’ ma weġibx dwar is-sentiment ta’ rabja mill-artisti.
Ġ: “X’tgħidilhom imma lill-artisti, l-artisti huma urtati, iddispjaċuti, hemm ir-rabja, hemm ħafna sentiment, xi tweġibhom int bħala Ministru li qed tirrapreżentahom suppost?”
M: “L-artisti għandhom post għad-diskussjoni, lest biex aħna nibnu strategija magħhom… mhux se nistedinhom, huma kienu hawn magħna”.
Wara ftit iżda Clayton Bartolo ikkondradixxa lilu nnifsu, bil-Ministru għal domanda oħra ta’ Net News jgħid li ir-rappreżentanti tal-artisti qed ikunu konsultati.
Ġ: “L-artisti li tkellmu evidenti ma kinux hawnhekk….x’iġifieri kienu hawnhekk? X’diskussjoni saret magħhom, kellimthom?”
M: “Hawnhekk jekk ma kienx hawx l-artisti kien hawn ir-rappreżentanti tagħhom”
It-Tnejn, il-ġurnali lokali rriflettew il-weġġa’ tal-artisti Maltin, wara li għall-‘Film Awards’ il-Ministeru għażel li jġib talent barrani, minflok juża dak lokali.
Dan filwaqt li l-Gvern qed ikompli jberbaq flus il-poplu…. mhux biss għal dawn l-Awards, iżda wkoll f’sitwazzjonijiet oħrajn; bħal meta nkrew kmamar f’lukandi ewlenin biex fihom joqogħdu rappreżentanti tal-MTA.
//= $special ?>