Lokali Qorti

Infrastructure Malta tingħata t-titlu ta’ “arroganti” mill-Qorti talli riedet tkompli xogħol perikoluż f’Bulebel

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Ian Spiteri Bailey sejjħet bħala “arroganti” l-aġir ta’ Infrastructure Malta u dan peress li riedet tkompli bit-twessigħ ta’ toroq f’Bulebel minkejja l-periklu kbir li jeżisti minħabba l-provvista taħt l-art ta’ gass. F’każ ta’ inċident hemm il-biża li tiġi kkawżata ħerba. It-toroq inkwistjoni huma Triq San Anard u Triq il-Gudja.

Il-Qorti kienet diġa’ waqqfet dawn ix-xogħlijiet milli jibdew wara li l-kumpanija Multi Packaging Limited, li tinsab qrib dawn it-toroq kienet diġa’ ġibdet l-attenzjoni dwar dan.. Il-kumpanija tagħmel użu minn gass LPG li jinsab f’tankijiet kbar, liema tankijiet jinsabu fiż-żona fejn Infrastructure Malta  tixtieq tibni ’roundabout’.

Minkejja li dawn it-tankijiet jinsabu ‘l bogħod mit-triq, il-kumpanija ilha twissi li dan ix-xogħol se jnaqqas din id-distanza u b’hekk, isir perikolużi għal kulħadd.. Ħareġ li anke l-Inġinier li ċċertifika t-tankijiet wissa b’dan il-periklu li jaf jikkawżaw it-tankijiet.Il-problema ġiet diskussa wkoll ma’aġenziji oħra, nkluż id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-General Workers’ Union, Indis Malta,, l-Awtorita` tas-Sahha u Sigurtà fuq ix-Xoghol, u r-Regolatur tal-Enerġja.

Minkejja dan kolu Infrastructure Malta xorta riedet tkompli għaddejja bix-xogħol. Il-Malta Packaging hija kumpanija li tipproduċi l-kaxxi tal-kartun u tagħmel użu minn gass LPG li jinsab f’tankijiet kbar. Minn  naħa tagħha l-aġenzija qed tikkontendi li tixtieq tagħmel anke xogħol ta’ twessiegħ minħabba l-inċidenti li jseħħu fl-inħawi. Qed tgħid ukoll li din hija art hija tal-Gvern u li xorta kienet se timplimenta miżuri protettivi biex ikunu protetti l-inħawi.

Il-Qorti iżda qalet li Infrastructure Malta naqset milli tindirizza t-tħassib wara l-proġett u li għandha jkollha argumenti konkreti meta tispjega ruħha sabiex tindirizza wkoll it-tħassib li qed jitqajjem. Il-kumpanija, li tiġġestixxi fabbrika f’Bulebel limiti taż-Żejtun, tħaddem 80 persuna.

Peress illi l-prodotti ta’ din il-fabbrika jfornu diversi fabbriki ohra f’Malta, il-Malta Packaging ssostni illi fil-fatt huma eluf ta’ ħaddiema illi jiddependu mill-produzzjoni taħhha, anke jekk b’mod indirett. Il-fabbrika qalet li hija tuża ammont kbir ta’ gas LPG u hemm tankijiet biex appuntu jinhazen dan il-gas, li jlaħħqu l-kapżità ta’ 20,000 litru. Il-kumpannija ssostni illi t-tankijiet jinsabu afl-inkrocċu tat-toroq u jekk jisplodu tkun ikkagunata ħerba.

Il-fabbrika qalet ukoll li se titpoġġa fi stat ta’ illegalità peress li ser jigu preġudikati l-liċenzji u permessi moghtija ghat-tankijiet. Qalet ukoll li jekk isir ix-xogħol, se jkollha tispostja it-tankijiet, dan ikun ifisser illi jkollha taghlaq il-bibien taghha ghall-perjodu ta’ żmien u dak kollu huwa piż sproporzjonat illi ser ikollha terfa l-kumpanija.