Lokali Qorti

L-imparzjalità hija meħtieġa u l-mobile ta’ Keith Schembri għandu jkun aċċessibbli għal Yorgen Fenech

“L-imparzjalità hija meħtieġa u l-mobile ta’ Keith Schembri għandu jkun aċċessibbli għal Yorgen Fenech, l-istess mobile phone li ilu fil-pussess tal-Kummissarju tal-Pulizija għal aktar minn sena. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff kienet qablet ma’ dan bl-Avukat tal-Istat saħansitra jaċċetta d-deċiżjoni u jiddikjara li ma kienx se jappella.  Min jaf forsi wara kien iggwidat biex jagħmel hekk min xi ħadd u kien hemm bidla fid-deċiżjoni.”

Dawn kienu l-kummenti tal-Avukat Charles Mericeca, li qed jidher għal Yorgen Fench meta kien qed jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li qed tisma’ żewġ appelli paralleli li jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-Imħallef Mintoff li jgħaddi data ta’ Yorgen Fenech mill-mobile ta’ Keith Schembri.

Din il-kawża kellha ssir fl-10 ta’ Jannar li għadda imma ġiet posposta minħabba raġunijiet tal-COVID-19 fejn  Yorgen Fenech kien fi kwarantina. L-appelli tressqu separatament ix-xahar li għadda mill-Kummissarju tal-Pulizija u mill-Avukat tal-Istat fil-kapaċità personali tiegħu rispettivament, wara deċiżjoni tal-Imħallef Lawrence Mintoff fi proċeduri fejn Fenech qed jitlob ukoll li l-investigatur ewlieni, is-Supretendent Keith Arnaud jitneħħa mill-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Meta ħareġ li l-pulizija kellha fil-pussess tagħha mowbajl maqbud mingħand l-eks chief of staff tal-OPM f’investigazzjonijiet separati li allegatament rabbuh ma’ reati finanzjarji, l-avukati ta’ Fenech saħqu li l-apparat kien fih data li kienet “essenzjali” għall-każ tagħhom.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’ oġġezzjona għat-talba tagħhom iżda l-qorti finalment iddeċidiet favur l-avukati ta’ Fenech. Merceica qal li kien żvelat li għall mobile phone wieħed Keith Schembri kellu u dawn jinsabu għand il-Kummissarju tal-Pulizija, li għandu estrazzjoni sħiħa tagħhom u li dawn ilhom minn Settembru tal-2020.

L-Avukat Miguel De Gabriele, li flimkien mal-Avukat Maurizio Cordina qegħdin jidhru għall-Avukat tal-Istat qal li għal dawn il-proċeduri l-mobile inkwistjoni li qed tirreferi għalih id-difiża huwa mportanti għall-investigazzjonijiet li għaddejin u dawk futuri u huwa mportanti li jiġu salvagwardjati.

Qal ukoll li l-Avukat tal-Istat kellu dritt iressaq appell u li persuna li tgħid li mhux se tappella ma hemm xejn fil-liġi li jimponiha milli tagħmel dan. Il-validità tal-appell qal l-Avukat De Gabriele ireġi aktar minħabba l-fatt li dan parti minn sentenza qed tiġi appellata.

L-Avukat Mercieca qal li din hija saga li ilha għaddejja mhux ħażin. F’Novembru li għadda  Yorgen Fenech eċepixxa f’kawża li għamel li jeżisti mobile li huwa ta’ mportanza kbira għal dan il-każ. L-Avukat tal-Istat fir risposta tiegħu qal li Fenech qiegħed ‘on a fishing expedition’ u qal li l-mobile ma jafx x’fih. Qal ukoll li l-akkużat qed jaħli l-ħin u jtawwal il-proċeduri. “Aħna m’għandniex danl l-interess”, qal l-Avukat difensur.

Kompla jgħid li għall proċess Kostituzzjonali dan huwa mportati ħafna. Tenna li rriżulta li saħansitra lanqas sa ftit minuti qabel l-arrest ta’ Keith Schembri l-Kummisarju ma għamel xejn biex jirkupra l-mobile tiegħ, anzi sa dak il-kien għadu fil-pussess ta’ Schembri.

Verbal huwa meqjus bħala ‘kważi kuntratt ġudizzjarju” bil-ħtieġa li tiġi salvata ġurisprudenza ta’ 98 sena

Dan Kien ‘hot issue’ għall-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li ordnat lil-partijiet permezz ta’ nota, bl-Avukat tal-Istat ibaxxi rasu. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili tat digriet u ordnat lill-Kummisarju tal-Pulizija biex jippreżenta l-mobile. L-Avukat tal-Istat ma oġġezzjonax u fil-verbal qal li qed jirrinuzja id-dritt ta’ appell.

Mercieca qal li l-Kummissarju m’għamilx dan kollu minn jeddu għax kien dahar fuq l-Avukat tal-Istat u qallu x’beħsiebek tagħmel. Qallu aħna mhux se nappellaw. Possibbli li-l-Avukat tal-Istat ma kienx konxju li meta ivverbillżża, din hija xi ħaġa serja. Jew kien influwenzat minn intervent ta’ xi nies biex jagħmel u-turn xejn diplomatiku, qal l-avukat difensur.

L-imaprzjalita fuq il-proċess ġudizzjarju  huwa msejjes fuq dan. Allura għaliex m’għandux jintlaqa’ I-leġslatur kien jaf x’inhu jagħmel meta introduċa 228, kompla jgħid. Din se tkun deżiżjoni mportanti għax biha tista’ tiġi salvata ġurispenza ta’ 98 sena, li verbal huwa kważi kuntratt ġudizzjarju.

Mercieca qal li dan il-kunċett kien iddaħħal minn Sir Arturo Mercieca, fejn is-saħħa ta’ kuntratt ġudizzjarju huwa wieħed ta’ portata kbira u li kien iddaħħal fit-2 ta’ Ottubru 1925. Kopja ta’ sentenza dwar dan mogħtija dak iż-żmien kienet ippreżentata lill-Qorti.

Finalment Merceica tenna li Avukat Ġenerali għandu aċċess għall-file (mobile) li d-dfiża m’għandhiex. Il-Prim Awla laqgħet dan l-agument fid-digriet tas-6 ta’ Ottubru. Tenna li  mhux vera li se jkun hemm preġudizzju għall-investigazzjonijiet. Jekk mhux se nafdaw is-sigieta fejn se jinżamm, allura hemm il-problemi, temm jgħid Mercieca. Is-sentenza tħalliet għat-30 ta’ Marzu li ġej.