Lokali Parlament

Repubblika tikteb lill-Membri Parlamentari

Aktar kmieni illum, l-għaqda Repubblika kitbet lill-membri Parlamentari kollha ta’ pajjiżna.

Fl-ittra lill-MPs, Repubblika qaltilhom li jagħmlu x’jagħmlu bil-vot quddiemhom dwar abbozz ta’ liġi kontra l-mafja, ma jistgħux iħassru l-fatt li hawn min irid li l-mafja tikkontrolla lill-Istat Malti u li bil-vot tagħhom meta japprovaw din il-liġi jistgħu jagħtu lill-istituzzjonijiet “kuxjenza u sens tas-sewwa biex jiġġieldu l-impunità tal-mafja u tal-mafjużi u jagħmel minn Malta pajjiż ħieles minnhom.”

Fl-ittra, Repubblika temmet tgħid li tittama li bħala deputati ma jissieħbux fl-omertà li qed ikebbes il-Prim Ministru Robert Abela.