Sport Sport Ieħor

Stefanos Tsitsipas fil-kwarti finali f’Melbourne

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru erbgħa Stefanos Tsitsipas għeleb lil Amerikan Taylor Fritz f’partita mill-aqwa biex għamilha għall-kwarti finali f’Melbourne. It-tennista ta’ 23 sena ġie minn taħt darbtejn fil-partita biex rebaħ bi skor ta’ 4-6 6-4 4-6 6-4 6-4. Din se tkun it-tielet kwarti finali għal Tsitsipas fl-Open tal-Awstralja hekk kif qed iħares li jirbaħ l-ewwel Grand Slam tal-karriera. Fil-kwarti finali Tsitsipas se jilgħab kontra is-seed numru 11 Jannik Sinner, li min-naħa tiegħu għeleb lil Alex de Mianur 7-6 6-3 6-4.