Futbol Sport

Watford jkeċċu lill-coach Claudio Ranieri

It-tim mill-Premier League Watford neħħew lill-coach Claudio Ranieri wara 14-il partita f’din il-kariga. It-Taljan kien appuntat f’din il-kariga fl-4 ta’ Ottubru li għadda iżda rnexxielu jiġbor biss seba’ punti minn 13-il partita. It-telfa ta’ 3-0 ta’ nhar il-Ġimgħa kontra Norwich ħalliet lil Watford mal-aħħar tliet timijiet fil-klassifika b’14-il punt, hekk kif fadal 18-il partita għal tmiem il-kampjonat.

Fi Stqarrija il-club ta’ Watford qala li filwaqt li jirrikonoxxi l-integrita’ ta’ Ranieri, il-bord tad-diretturi ħass li għandu jkun hemm bidla biex it-tim jżomm postu fl-ogħla diviżjoni Ingliża. Ranieri kien l-14-il coach taħt il-familja Pozzo sa minn mindu ħadu l-club f’idejhom fl-2012.