Internazzjonali

Wikileaks: Assange ikompli jirreżisti l-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti

Julian Assange , il-fundatur ta’ Wikileaks li snin ilu kixef data u informazzjoni klassifikata tal-Istati Unit, rebaħ id-dritt li jitlob lill-Qorti Suprema tar-Renju Unit biex twaqqaf l-estradizzjoni tiegħu lejn l-Istati Uniti.

Qorti Għolja fl-Ingilterra deċidiet li jeżisti punt tal-liġi ‘favorevoli għal Assange’ u li l-Imħallfin tal-Qorti Suprema jistgħu jridu li jikkunsidraw ‘il quddiem.

Id-digriet ifisser li Assange jista’ jgħaddi petizzjoni għal smigħ lill-ogħla qorti fir-Renju Unit – u li jfisser anki posponiment ( għalissa) għall-proċess lejn l-estradizzjoni tiegħu mill-pajjiż.

L-Istati Uniti ilha titlob biex tieħu kustodju ta’ Assange dwar il-pubblikazzjoni ta’ eluf ta’ dokumenti klassifikati fl-2010 u l-2011.

Madankollu, Julian Assange mgħandux garanzija li se jsir is-smigħ li qed jitlob — u minkejja li ngħata l-permess biex iressaq petizzjoni lill-Qorti Suprema. Din, bħala prattika, tfisser li l-każ ta’ Assange x’aktarx li jkollu ‘jistenna’ għal xhur qabel il-konklużjoni.