Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ bil-mutur

Raġel ta’ 21 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ għal ħabta tas-06:30 tat-Tlieta fi Triq Toni Camilleri, Burmarrad.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ meta waqa’ bil-mutur li kien qiegħed isuq, tal-għamla Hyosung.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin