Coronavirus Lokali

COVID-19: 323 każ ġdid – imutu 2 persuni

Sfortunatament fl-aħħar sigħat l-pandemija ħalliet 2 vittmi oħra. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li bejn it-Tnejn u t-Tlieta mietu żewġt irġiel bil-Coronavirus, wieħed fl-eta’ ta’ 61 sena u ieħor ta’ 77 sena.

Dan ifisser li fl-aħħar tmint ijiem biss tilfu ħajjithom 30 persuna kawża tal-virus sabiex b’hekk it-total ta’ vittmi mill-bidu tal-Pandemija sal-lum tela’ għal 536.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 323 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li 542 qed jiġu meqjusa bħala mfejqa.

Għaldaqstant l-ammont ta’ każi attivi issa huwa dak ta’ 4,487.

Intant, il-pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus naqsu għal 90, inkluż 5 li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.