Lokali Qorti

Hedded lil Robert Aquilina fuq Facebook biex jipproteġi lil Joseph Muscat

Ritratt: Matthew Tabone

Sid ta’ ħanut tal-ħwejjeġ tal-Belt Valletta uża kliem ta’ theddid fuq Facebook fil-konfront tal-President tal-NGO Repubblika biex jipproteġi lil Joseph Muscat. It-theddida saret permezz ta’ post u kienet tgħid “ibża’ meta tkun waħdek fil-Belt Valletta.”  

Mario Camenzuli li kien instab ħati mill-ewwel Qorti li wettaq dan ir-reat fit-23 ta’ Marzu,l u ġie mmultat €3,000 f’Novembru li għadda, qed jappell mis-sentenza, li skont hu hija waħda eċċessiva, aktar u aktar wara li n-negozju tiegħu għal perjodu twil ta’ żmien ma kienx qed jirrendilu. Huwa qed jikkontendi li l-multa hija waħda eċċessiva.

Dan ħareġ meta quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera instema’ l-appell ta’ sid il-ħanut. Huwa qal li kien qed jappella wkoll minn din id-deżiżjoni fejn qed jgħid li l-każ huwa wieħed preskritt, bil-prosekuzzjoni tkun sorpriża dwar dan minħabba li dan il-punt ma kienx ġie sollevat meta l-każ instema’ mill-ewwel Qorti.

Mario Camenzuli kien ġie mmultat talli hedded lill-Avukat Robert Aquilina permezz ta’ profil falz fuq Facebook. L-Avukat Difensur David Gatt qal lill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li l-klijent tiegħu lanqas biss kien jaf min hu l-Avukat Aquilina, u li l-post tiegħu kien biss kumment politiku.

Tenna li ma kienx hemm vjolenza, lanqas jaf min hu l-President ta’ Repubblika, u li kien fis-saħna tal-mument li għamel dak li għamel, wara xhur bin-negozju tiegħu ma jirrendix u li tal-istess fehma kienu n-negozjanti viċin tiegħu. Dwar il-protezzjoni lil Joseph Muscat, l-Avukat Gatt qal li l-argument hiu li Borg seta’ kien partitarju tal-‘orange’ jew tas-‘ sofor’.

Kompla jgħid li hekk kif kellmu l-Ispettur ammetta miegħu mill-ewwel. Qal li ma seta’ jbiegħ xejn u ma kellux il-ħsieb li jagħmel ħsara lil kwerelant, L-Avukat Gatt qal li Camenzuli mhux bniedem vjolenti u l-għan tiegħu huwa biss li jiftaħ il-ħanut u jbiegħ.  L-Avukat Gatt staqsa jekk wieħed ikun espost fid-dominju pubbliku għaliex ma jistax’ jiġi kkritikat?

L-Avukat Kaylie Bonett mill-uffiċċju tal-AĠ qalet li l-punt tal-preskrizzjoni dwar l-artiklu 339 kap 9 fuq theddid qatt ma tqajjem qabel, iżda qalet ukoll li l-prosekuzzjoni se tirrimetti ruħha għad-deċiżjoni tal-Qorti. Hija ma qablitx li dak li kiteb Birg kien biss kumment poltiku. Il-fatt li qallu ‘ibża jekk tkun waħdek il-Belt’ li dan sar minħabba l-protesti, u li mhux se jweġġgħu, għax dak li sar kien fis-saħna tal-mument, mhuwiex argument.

Kieku ma kellu ħsieb ulterjuri ma kienx jikkummenta fuq profil falz, L-Avukat Bonett qalet ukoll li jekk kien urtat seta esprima ruħu b’mod, differenti.  Qalet ukoll li l-appellant m’għamilx użu xieraq bil-meżżi ta’ kommunikazzjoni, u l- piena f’każijiet bħal dawn hija ta’ mhux aktar minn  €25,000 u għaldaqstant il-piena mill-ewwel qorti hija fil-parametri tal-liġi.

L-Avukat Therese Comodini Cachia li qed tidher għall-Avukat Robert Aquilina qalet li kien hemm xi ftit dewmien fil-każ, għax Camenzuli għoġbu juża’ profil falz, u l-Pulizija damu xi ftit biex jinterċettaw lil persuna. Qalet li dan mhux każ ta’ persuna rrabjata, li ħarbitilha xi kelma, il-protesti sar xhur qabel u għalhekk kien qed jippjana dak li kien se jitkteb.

L-Avukat Comodini Cachia qalet li l-kumment kien wieħed speċifiku fil-konfront ta’ Aquilina, u li qabel ma qallu ibda ibża’ waħdek, qallu wkoll b’rabja “int diġa’ dejjaqtni’.  Is-sentenza hija skedata għal 15 ta’ Frar li ġej. L-Avukat Aquilina kien qal lill-Qorti li posts simili kienu wassluh biex ikollu bżonn il-protezzjoni tal-pulizija.

Dwar l-inċident l-Ispettur Michael Vella, li nvestiga l-każ qal li wara li investigaw, is-Cybercrime Unit tal-Pulizija infurmawh li l-post kien intbagħt minn mobile bin-numru tar-raġel. Sussegwentement huwa ġie msejjaħ l-għassa u interrogat, fejn mill-ewwel kien ammetta li kiteb il-post u kkonferma li n-numru tal-mowbajl kien tiegħu.

Huwa kien qal lill-Qorti li posts simili kienu wassluh biex ikollu bżonn il-protezzjoni tal-pulizija. Dwar l-inċident l-Ispettur Michael Vella, li nvestiga l-każ qal li wara li investigaw, is-Cybercrime Unit tal-Pulizija infurmawh li l-post kien intbagħt minn mobile bin-numru tar-raġel. Sussegwentement huwa ġie msejjaħ l-għassa u interrogat, fejn mill-ewwel kien ammetta li kiteb il-post u kkonferma li n-numru tal-mowbajl kien tiegħu.