Ma kien hemm l-ebda qbil bejn il-gvern u l-oppożizzjoni biex Rosianne Cutajar tinħatar biex tmexxi l-kumitat parlamentari dwar is-saħħa. Din kienet mozzjoni li l-gvern ressaq bil-moħbi.
Robert Abela wera disprezz sfaċċat lejn l-istituzzjonijiet billi ħatar lil Rosianne Cutajar wara li aktar qabel kienet imġiegħla tirriżenja mill-kariga tagħha fil-Kabinett. Dan juri x’għandna nistennew jekk Robert Abela jirbaħ l-elezzjoni li jmiss.
Il-Partit Nazzjonalista itenni l-pożizzjoni tiegħu li Rosianne Cutajar – bħal ħafna minn sħabha deputati Laburisti – mhix tajba għal kariga pubblika u m’għandhiex tiġi promossa għal irwol bħal dan, anke jekk għad fadal biss ftit ġimgħat għall-elezzjoni ġenerali.
Il-Partit Nazzjonalista mhux se jkun qed jipparteċipa fil-kumitat immexxi minn Rosianne Cutajar, li wkoll mhix kwalifikata għal din il-kariga.
Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ ffukat ukoll biex jaħdem bis-sħiħ biex idaħħal fis-seħħ 12-il Abbozz ta’ Liġi bla preċedent li jiġġieldu l-korruzzjoni, il-kriminalità finanzjarja u l-mafja biex ħadd mill-gvern Laburista ma jaħrab il-ġustizzja.
//= $special ?>