Futbol Sport

Is-Senegal u l-Marokk fil-kwartifinali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Is-Senegal għamluha għall-kwartifinali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikan meta għelbu lil Cape Verde 2-0. Il-Cape Verde sfaw jilgħabu b’disa players sas-siegħa logħob meta tkeċċew Patrick Andrade u Vozinha fil-21 u fis-57 minuta rispettivament. Sadio Mane poġġa lis-Senegal fil-vantaġġ wara 63 minuta bl-istess Mane ftit qabel isofri injury f’rasu u jiġi sostitut wara l-gowl. Il-konferma għas-Senegal waslet fl-aħħar ħinijiet b’gowl ta’ Ahmadou Bamba Dieng.

Il-Marokk ukoll avvanzaw wara li għelbu lil Malawi 2-1. Il-Malawi fil-vantaġġ wara seba’ minuti permezz ta’ Gbadinho Mhango. Ir-rimonta tal-Marokk bdiet lejn tmiem l-ewwel taqsima meta l-ewwel kien Youssed En-Nesyri li għamilhom 1-1 u mbagħad fis-70 minuta kien Achraf Hakimi li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Rawnd tal-aħħar 16

Għada: Kosta tal-Ivorju v Eġittu 5.00pm, Mali v Equatorial Guinea 8.00pm