Lokali

Malta fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest

Issa uffiċjali, Malta ser tkun qed tippartecipa fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest, li din is-sena se jsir fil-belt Taljana ta’ Turin. Dan wara s-success tal-grupp Maneskin fl-edizzjoni li ghaddiet.

Malta telgħet sabiex tkanta fl-ewwel nofs tat-tieni semi finali, li ser isir il-Ħamis, 12 ta’ Mejju. Fost il-pajjiżi li Malta ser tkun qed tikkompeti maghhom hemm l-Awstralja, Ċipru, l-Irlanda u l-Iżvezja.

Dan filwaqt li l-ewwel semi finali ser jiġi organizzat it-Tlieta, 10 ta’ Mejju …u l-finali ssir s-Sibt, 14 ta’ Mejju.Tul din is-serata l-ħames pajjiżi l-kbar li huma l-Italja, Franza, Germanja, Spanja u Renju Unit ser ikunu qed jikkompetu wkoll flimkien mal-20 finalista li ser jgħaddu wara li jikkompetu fl-ewwel u t-tieni Semi-finali.

Issa ġie stabbilit ukoll kif il-’Big 5’ sejrin jivvottaw fis-semi finali. Filfatt Franza u l-Italja ser ikunu jistgħu jivvutaw biss fl-ewwel semi-finali, filwaqt li r-Renju Unit, Spanja u l-Germajna ser ikunu jistgħu jivvutaw biss fit-tieni semi-finali.

Dan ifisser li minħabba li Malta se tkun qed tikkompeti fit-tieni semi-finali, Franza u l-Italja mhux ser ikunu jistgħu jivvutaw għall-kanzunetta ta’ Malta.

Bħalissa …. il-pajjiżi li ser jieħdu sehem fil-Eurovision Song Contest jinsabu għaddejijn bil-proċess sabiex jiġu stabbiliti il-kantanti rappreżentanti ta’ kull pajjiż.

Sa issa, l-unika żewġ pajjiżi li diġa għażlu r-rappreżentanti tagħhom għall-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena huma ir-Repubblika Ċeka bid-diska ‘Lights off’ (CLIP) u l-Albanija bid-diska ‘Sekret’ (CLIP).

Il-festival ta’ Malta ser isir fid-19 ta’ Frar li ġej.

L-Ewwel nofs tal-Ewwel Semi-finali
It-Tieni nofs tal-Ewwel Semi-finali
L-Ewwel nofs tat-Tieni Semi-finali
It-Tieni nofs tat-Tieni Semi-finali