Ir-ritorn ta’ Joseph Muscat, l-attakki ta’ Abela fuq l-istituzzjonijiet, il-protesti fit-toroq kontra l-Covid, ir-rizenji u l-akkuzi serjissimi fil-Qorti, l-iskandlu tac-Chief of Staff ta’ Fearne, is-sensji fl-AirMalta, l-ispluzjoni fl-gholi tal-ħajja.
Kollha fatti u sitwazzjonijiet li qed ipoġġu pressjoni akbar fuq il-Gvern Laburista li bħalissa jinsab f’nofs kriżi. Tant li l-inkwiet fuq il-Kabinett qed ikompli jikber…b’Ministri jduru lura għall-ġurnalisti, oħrajn ‘no comment’ u oħrajn jispiċċaw jattakkaw lill-crew ta’ Net News bit-tixjir tal-idejh u b’theddid li mhux se jagħtuna aktar kummenti.
Hija din is-sitwazzjoni li sibna tistenniena barra l-Parlament, wara ġimgħa li ġabet terremot fuq il-Gvern ta’ Robert Abela – Gvern li qed jinsa r-realtajiet tan-nies, iżda għal dawk ta’ madwaru qed isib l-eluf. Bħal filkas tal-Campaign Manager tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, Carmen Ciantar, li inħatret bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi b’paga ta’ €13,000 fix-xahar għal 5 snin. Apparti li fl-aħħar xhur inħatret ukoll bħala Chief of Staff ta’ Fearne.
Staqsejna wkoll lill-membri tal-Kabinett u d-deputati Laburisti dwar id-diskors li għamel il-Ħadd Robert Abela meta talab lin-nies ikellmu lilu, b’analisti jghidu li din hija turija tal-falliment tal-Ministri ta’ taħtu.
Staqsejna wkoll lid-deputati tal-Labour jekk jappoġġjawx lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat la darba jfettilu joħroġ għall-elezzjoni ġenerali…
B’uħud ifarfru, u oħrajn jibżgħu jieħdu pożizzjoni.
//= $special ?>