Sport Sport Ieħor

Nadal u Berrettini fis-semifinali tal-Open tal-Awstralja

It-tennista Spanjol, Rafael Nadal avvanza għas-semifinali tal-Open tal-Awstralja b’rebħa diffiċli fuq il-Kanadiż Denis Shapovalov li minn naħa tiegħu qal li Nadal jingħata preferenza mill-umpries.

Dan qalu wara li fil-fehma tiegħu, Nadal ingħata aktar ħin milli suppost fil-ħin ta’ bejn il-punti. It-tennista Spanjol irribatta għal dan u qal li Shapovalov f’dan il-każ huwa żbaljat.

Intant, it-tennista Taljan Matteo Berrettini ukoll avvanza għas-semifinali wara li għeleb lil Gael Monfils 4-6, 4-6, 6-3, 6-3, 2-6.

Fl-Open tan-Nisa Ashleigh Barty u Madison Keys avvanzaw ukoll għas-semifinali wara li għelbu lil Jessica Pegula u lil Barbora Krejcikova rispettivament.