Lokali

AĠĠORNATA: Il-vittma li miet f’Ta’ Qali hu missier ta’ erbat itfal

Kienet xokk enormi t-traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ missier ta’ 40 sena illi miet ilbieraħ wara li waqa’ minn għoli f’fabbrika f’Ta’ Qali. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.30pm.

Net News hu infurmat li l-ħaddiem hu missier ta’ erbat itfal.

Jidher li l-inċident seħħ meta kien qed isir xi xogħol f’fabbrika li tinsab viċin il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Ħaddiem ieħor, raġel ta’ 35 sena mill-Imġarr, indarab fl-istess inċident.

Fil-post issejħu l-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu lill-vittma, li minkejja l-isforzi tagħhom, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.