Sport Sport Ieħor

Daniil Medvedev u Stefanos Tsitsipas fis-semifinali f’Melbourne

Ir-Russu Daniil Medvedev kif ukoll s-seed numru erba’ Stefanos Tsitsipas għamluha għas-semifinali fl-Open tal-Awstralja f’Melbourne. Daniil Medvedev għeleb lil Kanadiż Felix Auger-Alissiame 7-6 6-3 6-7 5-7 4-6 wara li kien minn taħt fl-ewwel żewġ sets. Min-naħa l-oħra, aktar kmieni Stefanos Tsitsipas ddomina l-partita tiegħu kontra Jannik Sinner fejn għelbu bl-iskor ta’ 3-6 4-6 2-6. Intant iż-żewġ tennisti se jkunu qed jiltaqgħu fis-semi finali, b’Tsitsipas se jkun qed iħares li jilħaq il-finali tal-Open tal-Awstralja għall-ewwel darba, wara t-telfa kontra l-istess Mevedev.