Lokali Parlament

Inkomplu nimbuttaw il-bidla b’viżjoni għaliex dan hu li qed titlob minna Malta tagħna

Ser nibqgħu nkunu l-vuċi tal-poplu, se nkomplu nimbuttaw l-ideat tagħna u nkomplu nimbuttaw il-bidla b’viżjoni għaliex dan hu li qed titlob minna Malta tagħna llum.” – Kien dan il-messaġġ b’saħħtu li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-Parlament.

Bernard Grech fetaħ id-diskors tiegħu billi fakkar kif dawn is-sentejn ta’ Robert abela bħala Prim Ministru, kienu sentejn ta’ konfużjoni. Fakkar kif f’9 snin ta’ Gvern Laburista smajna, u għadna qed nisimgħu bi skandlu wara l-ieħor li l-maġġor parti tagħhom jinvolvu l-infieq bl-addoċċ u l-ħela ta’ flus il-poplu.

Il-Kap tal-PN spjega kif il-Gvern Laburista għadu kemm ivvota favur infieq ta’ 69 miljun Ewro lil Steward Healthcare meta jaf li dawn għadhom jagħtu 37 miljun Ewro f’VAT lura lill-poplu Malti u Għawdxi., “inthom komplici, onfoq, aħli, imbad niddejnu kemm hemm bzonn. Din hija d-definizzjoni tagħkom għal sostenibbli. Ma ħloqtux settur wieħed ġdid ekonomiku. Ħlief tal-persons of trust.”

Hawn, Bernard Grech fakkar kif il-Ministru Chris Fearne impjega 27 person of trust u fakkar kif fi zmien il-PN fil-Gvern kien ikun hemm l-iktar 5 persuni f’karigi ta’ dan it-tip iżda l-Ministru tas-Saħħa għal xi raġuni għandu 27. Dan apparti l-paga ta’ 136,000 ewro fis-sena li għandha ċ-Chief of Staff tiegħu, “Ħela u tberbieq ta’ flus il-poplu.”

Il-pjaga tal-għoli tla-ħajja kienet waħda mit-temi li dwarhom tkellem Bernard Grech fejn tenna li dan l-aħħar kemm ila li kibret il-konfużjoni fil-Gvern ta’ dak li ma jiddeċidix, sirt tisma aktar nies li m’għandhomx biex jgħaddu, u li mhux ilaħqu. “Inthom fis-sakra tal-ħela u hemm nies li m’għandhomx biex jgħixu u allura aħna se nkunu qegħdin kuljum nitkellmu għal min qiegħed ibgħati u għal min ma jistax jgħix ħajja bis-serħan tal-moħħ.

Il-Kap tal-PN saħaq li għandna Prim Ministru li ilu sentejn jipprova jnnesina lil dak ta’ qablu u qed jipprova jkun aħjar minn ta’ qablu. Bernard Grech fakkar lil Robert Abela li ma jistax jipprova jkisser lil ta’ qablu filwaqt li jattakka l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna meta nafu li demokrazija hija bbażata fuq istituzjonijiet awtonomi, indipendenti u b’saħħithom li jistgħu jaħdmu mingħajr biżgħa u favur.”

Semma’ wkoll id-dikjarazzjoni stramba li għamel fl-aħħar ġimgħat Robert Abela fejn saħaq li f’sejntejn ma’ kellux każ wieħed li hu wieħed li hu wieħed ta’ governanza ħażin. Hawnhekk il-Kap tal-PN li mhux talli mhux hekk, talli l-anqas kellu każ wieħed ta’ govenanza għaliex jibqa’ ma jiddeċċidix. Bernard Grech iddikjara li f’dan in-nuqqas tal-Partit Laburista, il-poplu se jsib Partit Nazzjonalista li se jagħti s-soluzzjonijiet.

Matul id-diskors tiegħu, Bernard Grech wassal appell ta’ għaqda lill-membri kollha tal-Parlament fejn appellalhom biex jgħidulu lill-Prim Ministru li dak li qed jagħmlu huwa ħażin, għaliex qed jitkissru listituzzjonijet. “Aħna, jien, int, għandna dmir, li niddefendu lil dawk il-persuni Maltin bħalna li għandhom il-misjoni li jagħmlu xogħol fl-istituzzjonijet. Irridu nkunu lkoll warajom, il-kamra kollha, il-poplu kollu u kulħadd għandu bżonn ikun wara l-istituzzjonijiet ta’ pajjizna biex jagħmlu xogħlom. Ħallu lill-qrati jaħdmu, ħallu lill-pulizija jaħdmu, ħallu l-ombudsman jaħdem, ħallu lill-Kummissarju tal-Istandards jaħdem, ħallu l-Ispeaker jaħdem, ħallu l-Awditur Ġenerali jaħdem, ħallu l-Avukat Ġenerali taħdem, ħallu l-Avukat tal-Istat jaħdem, l-FIAU, ħalluhom jaħdmu, ħalluna nwelldu pajjiż normali.

Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-pandemija u l-miżuri tagħha fejn issa ħareġ biċ-ċar li n-nies indunat, “u issa għaliex se jkollu jmur għal elezzjoni, issa f’daqqa waħda induna li r-regoli li daħħal fis-17 ta’ Jannar kumbinazzjoni issa wasal iż-żmien li jnehhuhom.” Il-Kap tla-PN fakkar kif il-partit li jmexxu hu jaħdem differenti minn hekk, “Aħna nitkellmu b’konvinzjoni, inthom b’konvenjenza. Din hi d-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech, bejn PN u PL.”

Tema oħra li Bernard Grech tkellem dwarha kienet l-Air Malta u t-tkeċċijiet ta’ nofs il-ħaddiema fejn saħaq li filwaqt li tla-Gvern Laburista komdi u ma jħossux il-weġgħat, il-PN ma jistax ma jitkellimx għaliex 400 persuna li tkeċċew mill-Air Malta ser jitilfu xogħol li tant kien għal qalbhom. “Il-mijiet ta’ ħaddiema li jinsabu imdejqin bis-sitwazzjoni u jixtiequ jagħmlu x-xogħol li dejjem ħabbew imma li inthom qridtulhom minħabba l-inkompetenza. Ma rnexxilkomx iżżommu ma pjan li kellna fl-2012 u dan ammettieh Clyde Caruana. Dak li għaddeja minnu l-Air Malta, dak li għaddejin minnu l-ħaddiema, dan kollu tort tagħkom, tort tal-inkompetenza taghkom. Qalbkom mhux mal-ħaddiema speċjalment ma dawn l-400 ħaddiem li se jitilfu posthom.” saħaq Bernard Grech meta b’mod dirett indirizza l-membri tal-Gvern Laburista. Hu saħaq li l-unions qas jafu x’se jaqbdu jgħidu lill-haddiema għax ma jafu xejn. “Din hija l-incertezza li gibtu fin-nies minħabba l-inkompetenza tagħkom.”

Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-anzjani li kull ftit ġimgħat jispiċċaw kwarantina bil-familja tagħhom ma jistgħux jarawhom. Hu staqsa lill-Gvern x’qed jagħmel għal dawn in-nies. “Dawn bnew il-pajjiż li inthom kissirtu u qridtu. Lil dawn insejtuhom ukoll, Prim Ministru li ma jiddecidix. Ħarsu lejn il-billboards, jgħidu “djalogu – għandna Prim Ministru li ma jidjalogax. Dċiżjonijiet – jiddeċiedi, ma jiddeċiedix għax reattiv, wara li jwebbes rasu jispiċċa biex jagħmlu dak li umilment tissuggerilu l-oppożizzjoni.”

Il-Kap tal-PN fakkar f’diversi stanzi fejn il-Gvern għamel dak li proponiet l-oppożizzjoni, anke wara li maqdar dak li ppropona l-PN. Fakkar kif l-idea tal-vouchers tal-pandemija ħareġ biha l-PN. It-tibdil fiċ-ċertifikat tal-booster biex ma ssirx diskriminazzjoni tkellem dwarha l-PN u wara l-Partit Laburista kellu jċedi għax irid lil kulħadd jivvota imma xorta baqa’ jiddeskrimina ma min qiegħed fil-qasam tal-arti u kultura u oħrajn tal-isport kif ukoll dilettanti tal-festi. “Għamlu kuraġġ l-oppożizzjoni se tibqa titkellem għalik għaliex inti importanti ukoll.”

Bernard Grech fakkar kif l-idea tat-tieni interconnector kienet idea tal-PN li spiċċa biex addotta il-PL. L-istess bil-mediċini tal-IVF, it-trakka tal-karozzi, il-wage suppliment u ħafna oħrajn fosthom is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan meta l-Awditur Ġenerali kkonferma li huwa minnu li qed ninsterqu. Issa tal-PL ħarġu jgħidu li se jippruvaw jindirizzaw din l-anomalija. “Anomalija s-serq, ma tistħux? Għaddew 4 xhur minn meta kellna l-konferma tal-Awditur Ġenerali meta sa dak iż-żmien kontu diġa sraqtu 50miljun, u ghadkom qed tisirqu l-poplu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.”

Filwaqt li mill-ġdid faħħar il-kisba li għamlet il-Maltija, l-MEP tal-PN Roberta Metsola li issa inħatret President tal-PArlament Ewropew, Bernard Grech tkellem wkoll dwar l-abbozz ta’ liġi li ressaq il-PN li jindirizza l-konkluzjonijiet tal-inkjesta pubblika fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu fakkar kif il-Gvern Laburista l-ewwel qal li qed jaħdem fuq xi ħaġa simili, imbad qal li gymick, imbad mafia state. “Iddeċiediu xi tridu, tridu noħorġu mill-greylisting, trid isserħu ras il-poplu, tridu pajjiż normali. Mela ejjew magħna u ivvutaw magħna.”