Coronavirus Lokali

Ira Losco tistaqsi għaliex qed issir din id-diskriminazzjoni

“L-aħħar miżuri huma inġustizzja lejn is-settur tal-mużika u l-isport”.

Hekk iddikjarat il-kantanta Ira Losco meta fuq il-media soċjali saqsiet għaliex qed issir din id-diskriminazzjoni ma ċertu setturi bħal dawk tal-isport u l-mużika. Dan għaliex għal dawn xorta se jkun mitlub iċ-Ċertifikat illi juri li tkun ħadt il-booster.

Ira Losco saħqet li d-diskriminazzjoni kontra min ma jistax jieħu l-booster jew il-vaċċin mhix ġusta.

“U min jaħdem fil-mużika u fl-arti u ma jistax jeħoda x’jagħmel? Jieqaf jaħdem?”, saqsiet il-kantanta fuq Facebook.

Hi insistiet li hemm raġuni għalxiex in-nies jitkellmu u mhux biex jeqirdu biss. Fakkret li kulħadd kellu jieħu l-booster, u issa f’daqqa waħda għal ċerti positijiet neħħejna il-vaccine certificate.