Lokali Qorti

“It-Torċa” ordnata mill-Qorti tal-Appell biex tħallas danni fuq malafama fil-konfront tal-attriċi Pia Zammit

L-attriċi u attivista ta’ Occupy Justice, kif  ukoll fundatriċi tar-Repubblika Pia Zammit ingħatat raġun fuq l-appell li ressqet fil-kawża ta’ libell li kienet tilfet fl-ewwel Qorti kontra il-ġurnal “It-Torca” fuq ritratt tagħha liebsa kostum b’simboli Nażisti meħud fil-backstage ta’ dramm (play) fejn kien ingħad li hija tissimpatiżża man-Nażiżmu.

Il-Qorti tal-Appell qalet li l-gażżetta ta’ kull nhar ta’ Ħadd għamlet ħsara lir-reputazzjoni ta’ Zammit meta stampat ripetutament ritratt ta’ backstage meħud 10 snin qabel tal-attriċi fid-dramm ‘Allo! ‘Allo!

Għaldaqstant il-ġurnal ġie ordnat iħallas lil Pia Zammit is-somma  €1,200  bħala danni morali.  Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Wenzu Mintoff irrevokat is-sentenza appellata, u iddikjarat li l-pubblikazzjonijiet tal-artikolu li deher fil-ġazzetta ‘It-Torċa’ tal[1]Ħadd, 18 t’Awwissu, 2019, liema artiklu kien intitolat ‘Ritratt Kontroversjali ta’ Pia Zammit … tispjega’ , kif ukoll l-artiklu intitolat ‘M’Għandux Ikun Hemm Ċajt bl-Iswastika … Insensittività li tippoża biha’, li deher fl-istess ġazzetta fil-25 t’Awwissu, 2019, ikkawżaw ħsara serja lir-reputazzjoni ta’ Pia Zammit.

Zammit kienet fittxet lill-gazzetta għal libell fl-2019, u qalet li rapport ippubblikat issuġġerixxa li hija kienet simpatizzanti Nażista. Il-gażżetta kienet ippubblikata ritratti tagħha b’uniformi Nazisti; ritratti li ttieħdu fil-backstage waqt rappreżentazzjoni tal-famuża kummiedja tat-Tieni Gwerra Dinjija Allo, Allo!.

Il-ġurnal issuġġerixxa li l-attriċi kienet tat dawl fuq is-simboliżmu Nażista, u ppubblika  kummenti ta’ ‘edukatur’ anonimu li qal li l-immaġni ta’ Zammit kienet offensiva għall-vittmi tan-Nażiżmu.

L-Ewwel Qorti  kienet ċaħdet kawża ta’ libell ta’ Pia Zammit kontriha – l-editur ta’ Torċa Victor Vella instab li l-pubblikazzjoni kien kumment ġust. Madankollu l-Qorti tal-Appell iddeċidiet li “It-Torċa kienet malizzjuża fil-pubblikazzjoni tar-ritratt għal kollox barra mill-kuntest li fih ittieħed.

Pia Zammit kellha r-rwol tal-ġellieda tar-reżistenza fittizja Franċiża Michelle Dubois u nqabdet f’ritratt ta’ wara l-palk waqt provi  għal wirja fit-Teatru Manoel ta’ dramm ibbażat fuq kummiedja tal-BBC fejn kienet involuta  svastika.

Il-Qorti tal-Appell qablet ma’ Zammit li  dak pubblikat fil-ġurnal kien maħsub biex jissuġġerixxi li Pia Zammit kienet simpatizzanti man-Nazisti. Il-Qorti ddikjarat li r-rappurtaġġ  kien malafamanti u ordnat lill-gazzetta tħallas lil Pia Zammit €1,200 f’kumpens. L-Avukat Joseph Zammit Maempel deher għal Pia Zammit mentri Victor Vella kellu jassistih lill-Avukat Aron Mifsud Bonnici.