Internazzjonali

Jikbru s-sejħiet biex Johnson jirriżenja; ma jgħidx jekk hux se jkun qed jippubblika r-rapport

Boris Johnson tul is-sessjoni Parlamentari tal-lum irċieva appoġġ b'saħħtu mid-deputati Konservattivi

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson insista li se jkun qed jippreżenta l-investigazzjoni li qed issir dwaru skont il-parir li jagħtuh il-Pulizija, wara li jlestu l-istħarriġ tagħhom.

Dan intqal minn Johnson innifsu wara għadd ta’ domandi li kellu fil-Parlament Brittaniku, jekk hux se jkun qed jippubblika dan r-rapport tal-investigazzjoni dwar il-mod kif allegatament inkisru r-restrizzjonijiet tal-Covid-19… bil-PM Brittaniku jgħid illi lest li jgħin f’dak kollu li jkun mitlub mill-Pulizija. 

L-investigaturi Ingliżi bdew janaliżżaw numru ta’  parties li kienu saru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku f’Downing Street, waqt l-ewwel xhur tal-pandemija. Dan meta l-investigazzjoni qed titqies bħala daqqa ta’ ħarta oħra għal Boris Johnson li għadu jiffaċċja sejħiet biex jirriżenja minn Prim Ministru.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Metrolpolitana Cressida Dick qalet li l-investigazzjoni qed tikkonċentra fuq il-possibbiltà li  r-regoli tal-Covid-19 ilhom mill-2020 jinkisru f’10 Downing Street u f’Whitehall. Cressida Dick spjegat li l-investigazzjoni qed issir riżultat tal-informazzjoni provduta minn grupp ta’ nies li jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Kabinett u li huma mmexxija minn uffiċjal ewlieni fiċ-ċivil bl-isem ta’ Sue Gray.

Intant il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż irċieva kritika qawwija anki minn dawk li jappoġġjawh għall-mod kif qed jaġixxi waqt dan l-iskandlu. B’ħafna jgħidu li l-Partit Laburista fl-Ingilterra għandu jiffoka aktar fuq temi li jaffetwaw l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini.

Tul din is-sessjoni tal-Erbgħa, madankollu, il-Labour fl-Ingilterra ma naqasx milli jikkritika lill-PM…. b’Boris Johnson tul din is-sessjoni fil-Parlament ma rċeva l-ebda kritika mid-deputati Konservattivi. Anzi, huwa rċieva aktar appoġġ.

Boris Johnson tenna li bħalissa l-Gvern tiegħu qed isaħħaħ policies biex jinvesti fil-poplu, inkluż fil-ġlieda kontra l-imxija u l-fondi għall-NHS.  Filwaqt li assigura li l-Punent ikun imħares mit-theddida tar-Russja fl-Ukranja.