Futbol Sport

L-Eġittu u l-Guinea Ekwitorjali l-aħħar timijiet fil-kwartifinali

(Ritratt: EPA)

L-Eġittu għaddew għal mal-aħħar tmienja meta għelbu lil Guinea Ekwitrojali 5-4, wara l-għoti tal-penalties, bil-partita tintemm 0-0. Bid-difiżi rispettivi jiddettaw b’mod li Badra Ali Sangare għal Kosta tal-Avorju u Mohamed el Shenawi għall-Eġittu żammew l-iskor intatt, wara 90 minuta l-partita marret għal ħin barrani. Ebda gowl saħansitra fil-ħin barrani bir-riżultat li l-partita marret għall-għoti tal-penalties bl-Egittu jgħaddu għal kwarti finali 5 – 4 . Dan wara li Nicolas Pepe skorja l-ewwel penalty għal Kosta tal-Avorju b’ Zizo jiskorja għall-Egittu.

Ibrahim Sangare għamel l-iskor 2 – 1 għal Kosta tal-Avorju filwaqt li Amr Al Sulaya għamel l-iskor 2 – 2 Eric Bailly falla t-tielet penalty għal Kosta tal-Avorju filwaqt li Omar Kamal poġġa lil Eġittu 3 – 2 fil-vantaġġ. Maxwell Cornet għamel l-iskor 3 – 3 iżda Mohamed Abdelmoneim rega’ poġġa lil Eġittu 4 – 3 minn fuq. Fl-aħħar serje Wilfred Zaha ma’ falliex għall-4 – 4 bil-penalty deċiżiv ikun mgħoti mill-attakkant ta’ Liverpool Mohamed Salah li għeleb lil Sangare u poġġa lil Eġittu fil-kwarti finali.

F’partita oħra mill-grupp tal-aħħar sittax ebda gowl sa tmiem id-90 minuta bir-riżultat li din il-partita wkoll marret għal ħin barrani. Ebda gowl fil-ħin barrani bil-partita tkun deċiza bl-għoti tal-penalties. Wara li Emilio Nsue xeħet barra l-ewwel penalty għal Guinea, Adama Traore ma falliex għal Mali. Ruben Belima skorja għal Guinea l-istess kif għamel Moussa Djenepo għal Mali. Carlos Akapo skorja t-tielet penalty għal Guinea biex l-iskor bara 2 – 2 wara li Massadio Haidara falla għal Mali.

Jannick Buya Sam pogga lil Guinea 3 – 2 fil-vantaġġ wara li Hamari Traore falla għal Mali. Għal Guinea falla Pablo Ganet filwaqt li El Bilal Toue għamel l-iskor 3 – 3. Sail Coco u Aliou Dieng ma fallewx biex fis-seba’ serje skorjaw Mohamed Camara u Iban Salvador . Fl-aħħar serje Santiago Eneme skorja għal Guinea Ekwatorjali l-gowl li poggihom fil-kwarti finali wara li Falaye Sacko falla għal Mali għall-iskor ta’ 6 – 5.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Illum: Kosta tal-Ivorju v Eġittu 0-0 (4-5), Mali v Guinea Ekwitorjali 0-0 (5-6)