Lokali Sport

Robert Abela jikkonferma li l-kultura, l-isport u l-industrija tad-divertiment f’pajjiżna m’huwiex priorità għalih – PN

(Ritratt: mfa.com.mt)

Meta lbieraħ il-Ministru tas-Saħħa kellu jagħmel u-turn dwar il-miżuri li ħa ftit jiem qabel dwar il-miżuri għall-Covid-19, ilbieraħ reġa’ nesa l-qasam tal-isport, il-kultura u l-industrija tad-divertiment.

Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mid-deputat Karl Gouder u minn Tim Sport PN.

Ilbieraħ il-ministru ħabbar li prattikament ser ineħħi l-miżuri kollha fejn jidħlu l-COVID-19 imma mhux ser ineħħi l-ebda mizuri fejn jidħlu l-sport, il-kultura u l-attivitajiet ta’ divertiment ħlief għat-teatri.

L-isport u l-isportivi kollha f’pajiżna, inkluż il-partitarji u dawk li jsegwu l-isport lokali b’tant dedikazzjoni u passjoni, għal darb’oħra reġgħu soffrew daqqa oħra mill-Gvern ta’ Robert Abela. L-istess Prim Ministru, li jemmen li l-isport f’Malta hu għad-dilettanti, kompla jikkonferma kemm għadu jaħsibha l-istess, meta għażel li jeskludi kwalunkwé attivitá sportiva li ssir fuq barra, mill-lista ta’ attivitajiet oħra magħżula, fejn mhux se jkun mitlub li wieħed jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Il-Partit Nazzjoanlista ilu jgħid li aġir bħal dan huwa distkriminatorju fuq dawn is-setturi, speċjalment meta mijiet ta nies għandhom l-għixien tagħhom bbażat fuq dawn is-setturi. 

Għal darb’oħra l-Partit Nazzjonalista jappella lill-gvern sabiex lil dawn in-nies jimxi magħhom b’mod ġust u ma jibqax jiddiskrimina kontrihom.