Futbol Sport

Sliema jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun

SLIEMA ………………………… 1

BALZAN ………………………. 0

Sliema:  D. Cassar (R.Briffa 64’), J. Morales Rengifo, K. Shaw, M. Scerri, R. Kisil (I.Gui 61’), D. Holla (E.Agius 70’), M. Piciollo (J.Engerer 82’), O. Linton, M. Beerman, D. Vukovic, V. Berisha (J.Cloth Goncalves 82’)

Balzan: J. Galea, A. Loof, M. Grima, P. Fenech (M.Trustfull 90’), K. Daniels (M.Duric 46’), N. Gulan (N.Frendo 17’), U. Ljubomirac, G. Camilleri (S.Jalu 69’), M. Mijic, A. Andrejic, S. Cipriott

Referee: S.Pace

Assistenti Referees: C.Francalanza, S.Calleja

Fit-Tony Bezzina tasal l-ewwel rebħa tal-istaġun għat-tim ta’ Sliema meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 1-0. B’din ir-rebħa Sliema naqqsu d-distakk minn ma’ Santa Lucia minkejja li bqagħu fl-aħħar post tal-klassifika b’7 punti. Min-naħa l-oħra din it-telfa ħalliet lit-tim immexxi minn Paul Zammit fis-seba’ post tal-klassifika b’20 punt.

Sliema skorjaw il-gowl deċiżiv fit-38 minuta meta minn corner kien Matteo Picciolo li ra l-konklujoni tiegħu salvata mill-goalkeeper Jake Galea, biex mit-tieni tentattiv kien id-difensur Kurt Shaw li xeħet ġewwa.

Din ir-rebħa għal Sliema tasal ukoll wara diversi akkwisti fis-suq tat-trasferimenti matul ix-xahar ta’ Jannar, bl-aħħar akkwisti Ruslan Kisil u Jean Cloth Goncalves ikunu involuti f’dan il-konfront. Intant Sliema issa jaffrontaw lil Sirens filwaqt li Balzan se jilagħbu kontra Mosta.