Lokali Qorti

Taparsi investigatur privat tibda tiskonta piena ta’ ħabs għax naqset li trodd €81,000 fuq frodi

Mara li għamlitha ta’ taparsi invstigatur privat u li f’Settembru ta’ disa’ snin ilu nstabet ħatja ta’ frodi u u rrikatt ta’ Għawdxi bdiet tiskonta piena ta’ ħabs  wara li tul das-snin kollha naqset milli trodd lill-vittma aktar minn €81,000 kif ordnata mill-Qorti.

F’Settembru tal-2012, Lourdes Castillo kienet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstabet ħatja li fl-2004 għamlitha ta’ investigatur privat u li flimkien ma’ ex pulizija mara ħadet madwar eluf ta’ ewro lil Joseph Attard. Hija kienet ordnata biex trodd din is-somma fi żmien sitt xhur.

Flimkien mal-mara l-oħra,, ivvintaw storja dwar xi messaġġi “provokattivi” li Attard kien skambja ma’ tifla taħt l-età. Huma kienu qalu lil Attard li omm it-tifla kienet qed titlob somom kbar ta’ flus biex tibqa’ siekta u li kienu lesti li jirranġawlu. Attard kien waqa’ għan-nasba u tahom il-flus li talbuh, u li ttieħdu minn nisa.

Iż-żewġ nisa qalu wkoll lill-vittma tagħhom li x-xogħol tiegħu mal-gvern kien imdendel minħabba dawn il-messaġġi u li kellhom bżonn iħallsu lis-superjuri tiegħu biex il-kwistjoni tinżamm fil-moħbi. Heddewh ukoll li jirrappurtawh lill-pulizija jekk ma jħallasx.

F’Jannar ta’ sentejn wara, il-qorti tal-appell qalet li l-ammont huwa ta’ €81,528, għax preċedentement kien ogħla, u kkonfermat il-bqija tas-sentenza mogħtija mill-ewwel qorti. Hija bdiet tiskonta piena effettiva ta’ ħabs fit-12 ta’ Jannar li għadda wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali laqgħet it-talba Attard biex is-sentenza sospiża tinbidel f’waħda effettiva.

Jiem wara, Castillo ressqet kawża kostituzzjoni kontra l-Avukat tal-Istat li fiha lmentat li ma ngħatatx twissija bil-miktub. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti Kostituzzjonali ppreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul ikkonkludiet li tul dawn is-snin kollha, Castillo ma ressqet ebda prova li offriet ħlas lill-vittma.  

“Ilha snin twal taf x’se tkun il-konsegwenza jekk ma troddx il-flus lill-vittma, irrispettivament ingħatatx it-twissija mill-Qorti tal-Appell Kriminali…. għalhekk l-ilment hu fieragħ”, qalet il-Qorti Kostituzzjonali, qalet il-Qorti. Sadaniitant Castillo ma ressqet l-ebda prova li f’xi żmien offriet il-ħlas lill-vittma.

L-aħħar sentenza ngħatat mill-Qorti tal-Appell Kriminali kien fl-10 ta’ Jannar 2014. Għalhekk għaddew iktar minn seba’ snin u l-vittma baqa’ mingħajr ħlas.  Il-Qorti qalet ma temminx li hija ma kinitx taf x’inhi l-konsegwenza jekk ma troddx lura l-flus lill-vittma, meta tikkonsidra li matul il-proċeduri kriminali kienet dejjem assistita minn avukat u li kompla jassistiha wkoll fir-rigward tar-rikors li ppreżenta John Attard f’Lulju 2014 sabiex is-sentenza sospiża tiġi fis-seħħ.  

Dan ir-rikors kien ġie notifikat lilha tant fit-18 ta’ Lulju 2014  u ppreżentat tweġiba. Għalhekk żgur li ilha minn dak iż-żmien taf x’konsegwenzi hemm jekk ma tħallasx is-somma ta’ €81,528. Minn dak iż-żmien mhux sitt xhur għaddew imma kważi seba’ snin, meta b’digriet tat-12 ta’ Jannar 2021 il-Qorti tal-Appell Kriminali ordnat li tibda sseħħ is-sentenza sospiża.

“Altru milli kellha biżżejjed żmien sabiex trodd lura l-flus li ħadet mingħand il-vittma.  Tant kemm i kienet taf x’kienu se jkunu l-konsegwenzi jekk ma tħallasx is-somma likwidata mill-Qorti tal-Appell Kriminali, li meta kien qiegħed jinstema’ r-rikors ta’ John Attard,” qalet il-Qorti.

L-Avukat Joseph Brincat kien informa lill-Qorti li, kif ukoll spjega r-raġunijiet għaliex se jippreżenta rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali fejn qed jitlobha illegalita’ tal-artikolu 28H tal-Kodiċi Kriminali”. Fis-seduta ta’ wara  l-istess avukat iddikjara li hi kienet ippreżentat il-kawża kostituzzjonali. Ir-rikors baqa’ jiġi differit għaliex kien hemm il-kawża kostituzzjonali pendenti.

Saħansitra fis-seduta tas-16 ta’ Lulju 2019 ir-rikors ġie differit sine die “… sakemm tiġi deċiża l-kawża kostituzzjonali”. Kawża kostituzzjonali li biha Castillo kienet qiegħda ssostni li l-Artikolu 28H tal-Kodiċi Kriminali jikser il-jedd fundamentali għal smigħ xieraq.

Għalkemm l-ilment ma kienx identiku bħal dak tal-każ tal-lum, pero` l-kawżi kienu jitrattaw dwar l-istess dispożizzjoni. Ovvjament l-ewwel kawża saret għaliex ma kienet taf x’se tkun il-konsegwenza f’każ li ma troddx lura l-flus lil John Attard. Fil-fatt fir-rikors ippremettiet li l-preżentata tar-rikors da parti ta’ John Attard, iwassal għal kundanna effettiva tal-ħabs f’każ     Fid-dawl ta’ dan il-qorti tal-Kostituzzjonali ċaħdet l-appell bl-ispejjeż kontra Castillo.