Għawdex Lokali

Tmur għal kafè waqt id-diskors ta’ Abela f’Għawdex

Il-Ħadd li għadda, il-kriżi fil-Partit Laburista ddominat l-attività politika tal-Labour fin-Nadur Għawdex. U dik li kienet mossa ta’ show of force favur Robert Abela orkestrata minn Kastilja, spiċċat biex ħarġet iktar fid-deher il-qasma li hemm bħalissa bejn is-sostenituri tal-leader t’issa u l-klikka tal-leader ta’ qablu.

Is-sitwazjzoni eskalat wara d-dikjarazzjonijiet li għamel fl-aħħar jiem fuq Facebook l-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat, li ħassu urtat u umiljat mill-Pulizija li għamlulu raid f’daru – sitwazzjoni li poġġiet lil Robert Abela taħt pressjoni kbira.

U kien ghalhekk li l-klikka ta’ Abela ghazlet li tuza l-attivita tal-Ħadd li għadda biex ittaffi minn din id-daqqa, bil-kelliema kollha jkunu magħżulin u mgħotija struzzjonijiet ċari biex jitkellmu biss favur Robert Abela u biex kompletament jinjoraw lil Joseph Muscat.

Iżda persuna li ma ridetx tkun parti minn dawk il-manuvri tal-klikka ta’ Abela kienet l-eks Ministru  Justyne Caruana.

Id-deputat tal-Labour mhux biss m’attendietx għall-attività tal-partit fin-Nadur, iżda għażlet li eżatt fl-istess ħin li kien qed jitkellem il-leader, tmur tieħu kafe ir-Rabat, f’Għawdex stess.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li tal-klikka ta’ Joseph Muscat ma felħux jaraw jew jisimgħu lil ta’ Abela wara l-inkwiet li inqala’ fil-partit tagħhom fl-aħħar jiem. U kien għalhekk li Justyne Caruana riedet twassal messaġġ.

Is-sintiment kbir ta’ rabja kompla jikber anke fost l-Għawdxin hekk kif ħadd mil-Laburisti għadu ma jista’ jniżżel li dak li wiegħed il-kontinwità, l-ewwel ħadha qatta’ bla ħabel kontra Joseph Muscat imbgħad għamel u-turn u infexx f’attakk fuq l-istituzzjonijiet. B’persuni li tkellmu ma’ Net News ifakkru lill-Prim Ministru t’issa li kieku ma kienetx Michelle Muscat l-anqas biss kien isib postu f’Kastilja.