Sport Sport Ieħor

Xi Jinping b’laqgħa ma’ Thomas Bach jiem qabel il-bidu tal-Olimpjadi tax-Xitwa

Il-President taċ-Ċina Xi Jinping għall-ewwel darba minn Marzu 2020 iltaqa’ ma mistieden barrani wara li l-bieraħ kellu żjara ta’ kortesija mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach.

Huwa mifhum li qabel ma jibdew l-Olimpijadi tax-Xitwa fl-4 ta’ Frar, il-Laqgħa ma Thomas Bach hija l-ewwel wahda minn serje ma’ mexxejja ta’ pajjiżi li mistennija jkunu Beijing fosthom il-President Russu Vladimir Putin u l-President tal-Pakistan Imran Khan.

Minn meta bdiet il-pandemija il-President taċ-Ċina Xi Jinping ma żar ebda pajjiż .

Waqt il-laqgħa ma’ Bach, Jinping ikkummenta li c-Ċina ser tkun qed torganizza Olimpijadi mill-aqwa li se jkunu siguri u kull mezz għal ħarsien tas-saħħa tal-atleti u uffiċjali.

Bach wasal fil-kapitali Ċiniża nhar is-Sibt li għadda u għamel tlett ijiem ta’kwarantina kif mitluba għal kull min jidħol iċ-Cina.