Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident fiż-Żejtun

Raġel ta’ 40 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-06:30 meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Seat Ibiza, misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Marsaskala u Mitsubishi L200, misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti ż- Żejtun.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 40 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.