Sfortunatament, il-Pandemija swiet il-ħajja ta’ tliet persuni oħra meta fl-aħħar sigħat mietu mara ta’ 90 sena u żewġt irġiel ta’ 70 u 81 sena rispettivament. B’hekk il-vittmi tal-COVID-19 issa tela’ għal 541 persuna.
Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis pajjiżna rreġistra 230 każi ġodda ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 590 persuna.
Għaldaqstant l-ammont ta’ każi attivi issa huwa dak ta’ 3,946.
Intant, Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar sigħat, il-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, b’kumplikazzjonijiet tal-virus żdiedu għal 102. Dan filwaqt li dawk f’qagħda kritika u li jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva issa telgħu għal 7.
//= $special ?>