Futbol Sport

Giovanni Tedesco jinħatar coach ta’ Santa Lucia

Il-coach Taljan Giovanni Tedesco laħaq ftehim biex jieħu f’idejh it-tmexxija tat-tim ta’ Santa Lucia fir-ritorn tiegħu fil-Kampjonat BOV Premier. Filfatt, il-paġna ta’ Replay (Net Television) ħabbret li Tedesco mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ilbieraħ.

L-aħħar esperejenza ta’ Tedesco bħala coach kienet ma’ Ras Al Khaimah Sc, bil-proġett jisfaxxa fix-xejn wara problemi amministrattivi. Għal Santa Lucia l-ħatra ta’ Tedesco se tkun waħda importanti hekk kif se jkunu qed iħarsu li jinqalgħu mill-posizzjoni attwali fil-klassifika, fejn jinsabu fil-11-il post bi 11-il punt.

Il-coach Taljan mhux wiċċ ġdid għall-futbol Malti hekk kif mexxa’ diversi timijiet oħra fosthom Birkirkara, Gżira, Valletta, Floriana, Ħamrun u Sirens.