Internazzjonali

Ġordan: Traffikanti tad-droga maqtula mill-Armata

L-Armata tal-Ġordan qatlet madwar 30 traffikant tad-droga li kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn il-pajjiż mis-Sirja, u f’ħin meta kienet nieżla l-borra qawwija. Stqarrija qalet li t-traffikanti kienu appoġġjati minn ‘gruppi armati’ u li numru ta’ traffikanti rnexxielhom jaħarbu lura lejn it-territorji Sirjani.

It-truppi Ġordaniżi sabu ‘kwantitajiet kbar ta’ droga’ fl-inaħawi tal-konfronti bejn il-gwardjani mal-fruntiera u t-traffikanti. L-agħar ġlied seħħ fil-provinċja ta’ Suweida, fl-lbiċ tas-Sirja u qrib il-fruntiera mnal-Ġordan.

L-Armata tal-Ġordan hi determinata li tuża ‘il-ponn tal-ħadid’ fil-konfront ta’ traffikanti tad-droga u elementi oħra li jippruvaw jinfiltraw pajjiżha b’theddida għas-sigurtà nazzjonali.