Lokali

Gvern Nazzjonalista jagħti l-flus lura li nsterqu mill-kontijiet

Għal kuntrarju tal-Labour, Partit Nazzjonalista fil-Gvern lest li jikkommetti ruħu li jagħti lura l-flus kollha li nsterqu lill-poplu Malti u Għawdxi mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Viċi Kap tal-PN David Agius saħaq li l-Erbgħa fil-Parlament ġie kkonfermat dak li ilu jisħaq dwaru l-Partit Nazzjonalista għal diversi xhur. Dan wara l-mossa li habbret il-Ministru Miram Dalli – frott il-pressjoni enormi li saret min-nies fl-ahhar xhur, u l-hidma importanti li twettqet mill-PN.

Il-Partit Nazzjonalista ilu diversi xhur jispjega xi jfisser dan is-serq mill- kontijiet tad-dawl u l-ilma, u ngħata r-raġun. Iżda lest ikompli jinsisti sabiex il-familji Maltin u Għawdxin jirċievu kontijiet orħos – kontijiet li jkunu ġusti, faċli, u trasparenti għal kulħadd biex jifhem.

Minn naħa tiegħu il-Kelliem għall-Enerġija Ryan Callus saħaq li l-Ministru tal-Enerġija ma qalet xejn ġdid. Dan il-mekkaniżmu li ser jibda minn Jannar ta’ din is-sena… beda 9 snin tard… u dan kollu għax waslet elezzjoni ġenerali oħra.

Il-Partit Nazzjonalista minn naħa tiegħu qed jibqa’ iwiegħed li jbiddel il-mekkaniżmu u jagħti lura kull ċenteżmu li l-Maltin u Għawdxin ħallsu żejjed.