Sport Sport Ieħor

Hibernians lura għar-rebħ

Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 63

Hibernians 86

(13-16)(15-16)(15-25)(20-29)

Hibs irritornaw għar-rebħ wara tlett telfiet konsekuttivi u għelbu lil Caffè Moak Luxol 86-63. Hibs kellhom lura lil Ashleigh Van Vliet li tilfet l-aħħar tlett partiti tagħhom però kienu mingħajr Sam Brincat u Joselle Borg Cardona fil-waqt li għal Luxol kienet nieqsa Antoinette Borg. Kienu Luxol li fetħu l-aħjar meta għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita minn Josephine Diaby li kellha trippla flimkien ma’ Sarah Pace. L-ewwel punti tal-Hibs ġew minn Kenyotta Jenkins b’żewġ baskets konsekuttivi però Luxol żammew il-vantaġġ wara punti ta’ Mandi Mercieca u Diaby. Lejn tmiem it-taqsima kien hemm ir-rimonta ta’ Hibs li għamlu run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Jamine Abela flimkien ma’ Jenkins, Kirsty Caruana u Ylenia Bonett għal skor ta’ 16-13. Fit-tieni taqsima Bonett fetħet b’żewġ baskets oħra qabel ma Luxol kellhom risposta minn Lisa Fenech Pace, Mercieca u Anna Fenech Pace. Abela għamlet żewġ trippli oħra għal Hibs biex reġgħu fetħu distakk ta’ seba’ punti però qabel l-intervall baskets minn Diaby u Mercieca naqqsu l-iżvantaġġ ta’ Luxol għal skor ta’ 28-32.

Fit-tielet sessjoni, Hibs bdew jinqatgħu fuq quddiem. Huma bdew bit-three pointers ta’ Abela u Bonett li ġew imwieġba bi trippla ta’ Pace u l-baskets ta’ Mercieca u Paula Ellul. Hibs kellhom mument tajjeb b’run ta’ 11-0 bi tlett trippli minn Abela u Bonett u sa’ tmiem il-perjopdu fetħu vantaġġ ta’ 14 -il punt 57-43. L-aħħar taqsima fetħet bil-punti ta’ Caruana u Bonett għal Hibs bi Diaby twieġeb bi trippla oħra għall-vjola. Però Hibs komplew jagħfsu u aktar punti ta’ Jenkins u trippla ta’ Caruana rawhom iżommu vantaġġ ta’ 14 -il punt 74-60. Hibs għalqu l-partita b’run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Van Vliet, Jenkins u Christabel Camilleri biex ħarġu rebbieħa 86-63.

Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace 4, S. Pace 18, M. Mercieca 15, N. Vella, F. Camilleri, H. Galea, A. Borg, P. Ellul 6, M. Camilleri, J. Diaby 14, S. Bonfiglio,  A. Fenech Pace 6.

Hibernians: E. Farrugia, K. Fenech, Y. Bonett 18, A. Van Vliet 9, J. Abela 18, C. Camilleri 2, K. Jenkins 24, N. Farrugia, K. Caruana 14, J. Gauci, J. Dabic.

Referees: Nicky Azzopardi, Iounut Ciurariu, Zvezdan Dobrosaviljevic.

ARMS Depiro 63

Starlites Naxxar 67

(10-16)(21-18)(21-18)(11-15)

Starlites Naxxar komplew fit-triq tar-rebħ biex isssa qabżu lil Luxol fil-klassifika u jinsabu jokkupaw it-tielet post li huwa l-aħħar post disponibbli għall-playoffs. Depiro rkupraw lill-Amerikana Hannah Johnson u Monique Caruana fil-waqt li Starlites kienu bl-istess formazzjoni li għelbet lil Hibs ġimgħa qabel. Amelia Simmons komplet tgħin lil Starlites fit-triqthom lejn il-play-offs bil-punti tagħha. Depiro baqgħu fit-tieni post tal-klassifika taħt il-leaders Hibernians. Iż-żewġ Amerikani Johnson u Simmons irrispondew lil xulxin fl-ewwel battuti tal-partita. Kien hemm ukoll il-punti ta’ Leanne Duncan għal Depiro u Maria Bonett għal Starlites li għalqu l-ewwel sessjoni minn fuq 16-10. Fit-tieni perjodu Depiro fetħu b’basket ta’ Julia Xerri u trippla ta’ Monique Caruana. Starlites ukoll kellhom żewġ trippli minn Andie Saliba u baskets minn Bonett u Simmons ħallewhom 25-19 minn fuq. Johnson wieġbet għal Depiro flimkien ma’ żewġ three pointers ta’ Nicole Agius però Steffi De Martino wkoll kellha trippla għal Starlites li daħlu jistrieħu 34-30 minn fuq.

Wara l-intervall, De Martino kompliet bil-punti tagħha fosthom trippla oħra flimkien ma’ Mikela Riolo. Depiro ma ċedewx u punti minn Johnson u Claire Ciantar flimkien ma’ trippla oħra ta’ Agius poġġewhom fuq quddiem 50-49. Simmons malajr poġġiet lil Starlites fuq quddiem mill-ġdid bi trippla però basket ta’ Danika Galea għalaq is-sessjoni fuq parita ta’ 52 punt kull team. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla fuq kull naħa minn De Martino u Agius. Starlites komplew b’5 punti oħra minn Simmons għalkemm Ciantar ukoll wieġbet għal Depiro. Għal darbtejn, Depiro waslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji però qatt ma reġa’ rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ biex Starlites għalqu l-partita b’basket ta’ Simmons u rebħu 67-63.

ARMS Depiro: H. Johnson 22. M. Caruana 5, Ni. Agius 16, J. Xerri 2, J. Mallia, L. Duncan 4, T. Mifsud Tanti, No. Agius, C. Ciantar 8, N. Ebejer, N. Borg 2, D. Galea 6.

Starlites: A. Saliba 6, M. Riolo 10, M. Fenech, S. Farrugia, M. Bonett 1, S. De Martino 16, K. Portelli, A. Simmons 28, D. Camilleri, S. Wilke, S. Davies, C. Curmi 1.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Iounut Ciurariu, Ivica Simic