Lokali

Il-Ministri skomdi jwieġbu dwar il-mijiet ta’ eluf ta’ ewro għal ‘tal-qalba’

Il-poplu jibqa jistenna għal soluzzjoni dwar iż-żieda fl-għoli tal-ħajja

Id-Deputati Parlamentari ta’ Robert Abela jibqghu maqtugħin mir-realtà, mill-isfida taż-żieda fil-prezzijiet li qed iħabbat wiċċu magħha l-poplu Malti u Għawdxi filwaqt li tal-qalba jibqgħu iħaxxnu buthom.

Filwaqt li diversi esperti ekonomiċi qed jisħqu li ż-żieda fl-għoli tal-ħajja se tkun karatteristika permanenti għax-xhur li ġejjin, b’żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-ikel, prodotti tal-ħalib, ħobż u tal-ħasil – Net News staqsa lill-Ministru u membru fil-Kabinett ta’ Robert Abela, Clayton Bartolo dwar x’soluzzjoni għandu l-Gvern għall-inflazzjoni li qed taħkem lill-pajjiżna.

Il-Ministru Bartolo saħaq li l-Gvern qed ifittex soluzzjoni, għalkemm soluzzjonijiet għad m’għandux.

Dan filwaqt li bi ftaħir ammetta li kien hemm serq sfaċċat fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma; anomalija maħluqa mill-Gvern Laburista stess minħabba li ma ħadmux sistema kif kellha tinħadem. Anomalija li ssarfet f’għexieren ta’ eluf ta’ ewro misruqa minn but il-poplu.

Mistoqsi jekk il-flejjes misruqa mingħand il-poplu hux se jintroddu lura ….huwa wieġeb b’dan il-mod.

Il-Partit Nazzjonalista kommess li Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech irodd lura kull ċenteżmu li nsteraq minn mill-kontijiet tad-dawl. Madanakollu għal Clayton Bartolo dan mhux possibli.

….li jfisser li l-flus li seraq il-Gvern tal-Labour mhux se jkun qed iroddhom lura.

Intant….f’konferenza tal-aħbarijiet ġie preżentat proġett kostali li se jiswa’ madwar €600,000, ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. Mistoqsi kif iċ-Chief of Staff ta’ Chris Fearne, Carmen Ciantar, se ddaħħal €700,000  mit-taxxi tal-poplu …..il-Ministru Bartolo  ħarab mid-domanda.

L-istess ħarab is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi li filwaqt li kkonferma kemm se jkun qed jiswa l-proġett u mnejn ġejjin il-flus…

Mistoqsi kif jispjega li l-Campaign Manager ta’ Chris Fearne taqla aktar mill-valur ta’ proġett nazzjonali…. huwa ħarab darbtejn milli jwieġeb.

Net News staqsa wkoll lil Ministru responsabbli mill-Anzjani, Michael Farrugia jekk l-anzjani jkunux jistgħu jiġu mgħejuna aktar li kieku m’hemmx dawn il-pagi esaġerati.

Mistoqsi għalfejn tal-qalba qed jingħataw dawn il-pożizzjonijiet mal-Gvern b’pagi esaġerati …il-Ministru wiegeb b’dan il-mod.

Bil-Ministru ma jsemmix il- lista twila ta’ hbieb tal-hbieb: bhac-Chief Of Staff ta’ Chris Fearne Carmen Ciantar b’paga ta’ €13,000 fix-xahar …u Kurt Farrugia, li ingħata impjieg mal-Malta Enterprise, b’€500 kuljum.

Mal-lista, jizdied is-sieħeb tal-eks Ministru Justyne Caruana, Daniel Bogdanovic li ingħata €15,000 …u l-mara tal-eks Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi, Sai Mizzi – li kienet tgawdi minn €13,000 fix-xahar …meta l-poplu ingħata biss €1.75