- Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, fit-Tieni Qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda diversi liġijiet biex jimplimenta l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Bord tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, qal li l-qtil li seħħ f’Ottubru tal-2017 bidel l-istorja ta’ pajjiżna.
Il-poplu Malti u Għawdxi għadu jitlob li ssir ġustizzja. Imma anki l-komunità internazzjonali għadha tistenna li ssir ġustizzja dwar il-qtil ta’ din l-omm. Qtil ta’ persuna innoċenti.
Dwar dak id-delitt inħatar Bord ta’ Inkjesta mmexxija minn tliet Maġistrati li li fir-rapport finali tagħhom għamlu għadd ta’ rakkommandazzjonijiet li għadhom sa llum ma kenux indirizzati għaliex il-ġustizzja għadha ma twettqitx.
Dan l-Abbozz ta’ Liġi hu konsegwenza ta’ din l-Inkjesta Pubblika. Hu Abbozz ta’ Liġi li qed ilaħħam il-konklużjonijiet ta’ din l-Inkjesta Pubblika. Tajjeb għalhekk li dwar il-prinċipji ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi ssir diskussjoni ġenwina u onestà biex il-politiċi kollha minn issa għal quddiem jintrabtu mal-korrettezza.
Dan hu Abbozz ta’ Liġi li jaħseb fit-tul. Min jivvota kontra dan l-Abbozz ta’ Liġi jkun qed jivvota kontra l-Inkjesta Pubblika mwaqqfa biex dak li ġara fil-Bidnija ma jerġax iseħħ.
Jason Azzopardi spjega x’jinkudi dan l-Abbozz ta’ Liġi u qal li ħadd m’għandu jkun kontra dawn il-prinċipji li għandhom isaħħu d-demokrazija u l-ġustizzja f’pajjiżna. Il-ġlieda għandha tkun kontra l-kriminalità u għalhekk il-ġustizzja m’għandha tkun imxekkla qatt milli tagħmel xogħolha. Il-verità għandha titħalla toħroġ dejjem u min fl-istituzzjonijiet ma jaqdix dmiru għandu jintalab iwieġeb għall-għemil tiegħu.
Tkellem dwar il-ħasil ta’ flus u t-traffikar tad-droga u qal li għandu jkun hemm qbil li l-interrogazzjonijiet għandu jitwessgħu minn massimu ta’ 48 siegħa għal 72 siegħa.
//= $special ?>