Internazzjonali

Iran: Arresti dwar ‘ċajt bil-media soċjali’

Il-pulizija fl-Iran arrestaw 20 persuna dwar sensiela ta’ ‘ċajt’ fil-pubbliku bl-użu tat-telefons ċellulari u l-media soċjali. L-arrestati kienu qed jiġbdu l-filmati fit-toroq bil-ħsieb li jibgħatuhom fuq Instagram u fejn organizzaw l-omiċidji finta u sitwazzjonijiet fejn twaddbu l-kejkijiet lejn in-nies fuq l-escalators.

Iċ-ċajt jidher li dejjaq sew lill-membri tal-pubbliku, bil-Kap tal-pulizija f’Tehran jakkuża lill-arrestati dwar ‘ksur tal-paċi u s-sigurtà pubblika’ bil-filmati li nġibdu kontra l-kunsens tan-nies. L-awtoritajiet fl-Iran qed iżommu kontroll strett fuq l-Internet u l-pulizija qed tgħid li dawn l-‘influencers’ kellhom ħsieb li ‘jiżirgħu l-paniku u jżidu l-followers fuq il-media soċjali’.