Lokali

Jiddefendu l-attakki ta’ Glenn Bedingfield

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa jiddefendi l-attakki li għamel il-Whip Laburista Glenn Bedingfield fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Dan meta aktar kmieni din il-Ġimgħa uża l-ħin tiegħu fil-Parlament biex jattakka lill-Qrati u lill-Pulizija….wara r-raid li għamlu fuq id-dar ta’ Joseph Muscat.

Bil-Prim Ministru jibqa’ ma jikkundannax dan id-diskors kontra l-istituzzjonijiet.

Anke l-Ministri tal-Gvern bl-aġir taghom baqgħu jinjoraw l-attakk ta’ Glenn Bedingfield fuq il-Qorti u l-Pulizija. U ħadd ma kkundanna d-diskors tal-whip Laburista. Anżi, għażlu li jinjoraw dan is-suġġett sensittiv.

Minn naħa tagħhom il-Ministri Jose Herrera u Edward Zammit Lewis iddefendew lil Bedingfield filwaqt li saħqu li kellu d-dritt li jitkellem hekk.

Fost l-istituzzjonijiet li ġew attakkati minn Bedingfield kien hemm il-Pulizija, il-Qrati u l-Maġistrati, l-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-eks Imħallef Joseph Said Pullicino, kif ukoll lill-Maġistrat Gabriella Vella.

Bil-whip Laburista jinfexx ukoll f’attakk fuq il-ġurnalisti.