Lokali

“Kien raġel qalbu tajba” – sentiment qawwi ta’ solidarjetà mal-familja ta’ Adrian Muscat

Dik li kellha tkun ġurnata xogħol normali għal Adrian Muscat spiċċat fi traġedja. Ir-raġel mill-Għargħur miet fil-post fejn kien qiegħed jaħdem, tard ilbieraħ wara nofsinhar, fost niket kbir minn shabu li kienu ghaddejin bil-hidma fl-istess zona ta’ Ta’ Qali.

Din it-traġedja li ħasdet il-hajja tar-ragel illi waqa’ minn għoli kienet xokk enormi ghall-familja ta’ Muscat. Net News hu infurmat li l-haddiem hu missier ta’ erbat itfal. “Kien veru raġel ta’ qalbu tajba”, spjegaw magħna diversi persuni mill-Għargħur illi kienu jafu sew lil Adrian.

L-inċident seħħ meta kien qed isir xogħol f’fabbrika li tinsab viċin il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Ħaddiem ieħor ta’ 35 sena mill-Imġarr, indarab fl-istess inċident u ġie ċċertifikat li qed issofri ġrieħi serji.