Lokali

Raġel ta’ 49 sena bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 49 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li llum, għall-ħabta tas-07:30, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Bora, misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Imġarr, u Toyota Townace, misjuqa minn raġel ta’ 78 sena residenti l-Gżira.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 49 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.