Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li sakkret mara b’diżabilità f’kamra imnittna

Mara ta’ 38 sena, residenti Birżebbuġa, li fl-2016 kienet ikkundannata erba’ snin ħabs wara li nstabet ħatja li għexet minn fuq il-prostituzzjoni ta’ tifla ta’ 15-il sena, reġa’ kisret idejha mal-ġustizzja wara li nstabet ħatja li sakkret mara b’diżabilità ta’ 39 sena, f’kamra, f’kundizzjonijiet orribbli.

Anna Maria Jimenez ta’ 38 sena, li kienet taħdem bħala fattiga l-isptar, ġiet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li nstabet ħatja li f’perjodu ta’ disa’ snin sakkret mara f’kamra għal 17-il siegħa kuljum f’kamra mimlija intiena tal-klieb. Il-mara li għandha ’diżabbiltà intellettwali f’kamra fil-kumpanioja ta’ żewġt iklieb fejn kellha tisstapporti l-irwejjaħ tagħhom, li kienu insapportabbli.

Jimenez instabet ħatja li kienet taqfel lil din il-mara fil-kamra tas-sodda fl-10pm. u kienet tiftħilha biss meta lura mix-xogħol għall-ħabta tat-3.00pm. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabitha wkoll ħatja b’theddid kontra mara oħra li kienet tgħix magħha fl-istess appartament.

Hija kienet għamilitilha ħajjitha infern u dan biex tagħtiha l-flus għall-kera u li kienet tordnalha biex tagħtiha l-credit card u l-PIN number. Il-każ ġie żvelat grazzi għall-Aġenzija Appoġġ u beda jiġi nvestigat mill-Pulizija. Meta dawn marru d-dar ta’ Anna Maria Jimenez, il-Pulizija baqgħu impressjonati bir-riħa tinten u tal-ħmieġ taż-żewġt iklieb li kienu qed jinżammu fl-istess kamra.

Meta l-Pulzija daħlu f’din il-kamra sabu lill-vittma tgħaqqad il-pupi tal-Playmobil. Il-vittma qalet li Jimenez kienet iżżommha msakkra f’kamra bla dawl mal-klieb u b’barmil biex taħsel il-kamra u taqdi l-bżonnijiet naturali fih. Hija kienet tħalliha toħroġ mill-kamra biss biex tgħaqqad il-pupi tal-Playmobil u biex toħroġ lill-klieb.

Jimenez kienet tordnalha li jekk ma tlestix il-pupi ma kinitx se tagħtiha tiekol. Għaldaqstant hija kienet tagħmel qliegħ b’qerq fil-konfront tal-vittma u dan meta dion kienet tgħaqdilha mal-2,000 pupu kuljum u jħallsuha ta’ dan ix-xogħol. Dan kien ikkonfermat fil-Qorti minn rappreżentat tal-kumpanija tal-Playmobil li kkonferma dan kollu.

Il-mara l-oħra, li wkoll kienet qed tiġi kontrollata mill-akkużata qalet fil-Qorti li l-paga tagħha kienet tidħol fil-kont bankarju ta’ Jimenez. Il-Qorti qalet li x-xhieda taż-żewġ nisa kienet konsistenti u veritiera fejn jirriżulta li il-vittma vulnerabbli kienet titħalla .f’sitwazzjoni iġjenika prekarja.

Il-Maġistrat Stafrace Zammit semgħet ukoll provi li jgħidu li Jimenez kienet tbeżżagħhom li se tkeċċihom mid-dar jew mix-xogħol. Jimenez ma nstabitx ħatja li ħebbet għall-vittma għax ma ġewx ippreżentanti ċertifikati li kienu juru li l-mara msakkra kienet ġarrbet ġrieħi.

Hija kkundannat lil Jimenez sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin. Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil.

Għall-akkużat dehret l-avukat Roberta Bonello.

F’ Ottubru tal-2016 Jimenez kienet marret erba’ snin ħabs wara li nstabet ħatja li għexet mill-qligħ tal-prostituzzjoni ta’ tifla ta’ 15-il sena. Hija ma kinitx sabitha ħatja li kkorrompietha u li pparteċipat f’attivitajiet sesswali magħha. Dak inhar minbarra s-sentenza ta’ erba’ snin ħabs, Jimenez ġiet kkundannata wkoll tħallas €3,600 fi spejjeż u isimha jiżdied mar-reġistru ta’ reati sesswali.