- id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis
Id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis qal li l-Gvern Laburista mhux qed iżid lil dawk li għandhom il-Pensjoni tas-Servizz bil-€200 li suppost iżidhom biha. Dan bi żvista jew ?
Tkellem dwar il-kwistjoni tal-attakki fuq l-istituzzjoni tal-Ombudsman u qal li din hi kariga Parlamentari u Kostituzzjonali u ma jistax ikun li dan ikun soġġett għall-attakki kontinwi kemm mill-Kap taċ-Ċivil u anki minn xi Membri Parlamentari bħalma għamel id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield aktar kmieni din il-ġimgħa.
Hu qal li kemm-il Kap taċ-Ċivil kif ukoll id-Deputat Laburista Glenn Bedinfield imisshom jistħu jagħmlu dawn it-tip ta’ attakki diretti li bihom ikunu qed iwasslu messaġġ żbaljati.
Hu qal li hu inaċċettabbli għaliex ħadd m’għandu jimmina l-istituzzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman. Anki hawnhekk għandu jidħol il-Prim Ministru u jintervjeni biex jipproteġi lill-Uffiċċju tal-Ombudsman minn dawn l-attakki.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li ħadd m’għandu jservi ta’ paraventu biex iseħħu kuntratti abbużivi fiċ-Ċivil fejn donnu l-prattiċi abbużivi saru l-ordni ta’ kuljum. U dawn il-prattiċi abbużivi jinkludu wkoll l-għoti ta’ impjiegi abbużivi u mhux skont ir-regoli.
Wieħed jistaqsi għaliex il-Kelliema tal-Gvern Laburista jattakkaw lill-istituzzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, iżda mbagħad skiet totali fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħrajn. U dan fih ħafna x’wieħed jifhem.
//= $special ?>