Lokali

David Casa jitlob għall-ħelsien mill-arrest tal-ġurnalista Sedef Kabaş

Il-Membru Parlamentari Ewropew, David Casa talab il-ħelsien mill-arrest ta’ Sedef Kabaş, ġurnalista fit-Turkija li qed tinżamm arrestata wara li ppubblikat qawl li kien ġie meqjus bħala insult lill-President Recep Tayyip Erdoğan.

Casa saħaq li “l-episodju huwa sintomatiku tan-nuqqas ta’ sigurtà lejn l-istampa mill-istat, liema stat għandu d-dmir li, minflok, jipproteġi l-libertà tal-espressjoni.”

Casa wiegħed li l-Parlament Ewropew se jkompli jservi ta’ tarka għal-libertà tal-istampa fl-Ewropa, u ser ikompli jżid il-pressjoni biex jappoġġja lil Kabaş u lill-kollegi tagħha.