Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li nstab mixħut fl-art quddiem daħla ta’ garaxxijiet

Raġel ta’ 54 sena resident Tal-Pietà jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nstab mixħut fl-art quddiem daħla ta’ garaxxijiet fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà għall-ħabta tas-6.30 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u tim mediku biex jassistu lill-vittma li iktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.