Lokali Qorti

Id-difiża tal-Koħħu tgħid li Daren Debono mhux xhud ammissibbli u trid tressaq xhieda biex dan jiġi konfermat

Id-difiża tal-Vince Muscat magħruf  bħala “Il-Koħħu” qalet li Daren Debono mhuwiex xhud ammissibbli minħabba li instab ħati ta’ xhieda falza f’każ ta’ attentat ta’ qtil u li kien  ingħata mill-Qorti interdizzjoni ta’ 20 sena. L-Avukati Franco Debono u Roberto Montalto talbu lill-Qorti biex żewġ persuni, wieħed minnhon l-eks Assistent Kummissarju Nobert Ciappara biex jixhdu fil-każ dwar Debono magħruf bħala “It-Topo”.  Qalu wkoll li Debono ma jisax jixhed, lanqas fi tribunal, aħseb u ara fuq każ ta; attentat ta’ qtil.

L-Avukat Giannella Busuttil mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qalet li l-Qorti tal-Maġistrati m’għandhiex il-kompitu li tisma’ xhieda oħra, u l-unika kompitu li għandha hija li tisma’ lil Darren Debono jixhed u mhux tisma’ xhieda oħra.

Il-Maġistrat Monica Vella qalet li se tkun qed jagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Intant, il-każ ġie differit għat-3 ta’ Frar fid-9:30am. Hija għamlitha ċara li jekk il-qorti tħalli lix-xhud jixhed, dan se jkun allokat il-ġurnata kollha biex tisma’ l-każ.

Dan ħareġ meta bdiet tinstema’ il-kumpilazzjoni kontra Vincent Muscat, f’kumpilazzjoni li  kellha terġa’ tinfetaħ mill-ġdid dwar l-attentat ta’ ‘hold up’ tal-HSBC li seħħ fl-2010, fejn qed jiġi akkużat l-istess Muscat, li kellu jibda għaddej ġuri aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-ġuri fil-konfront ta’ Muscat li qed jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ Pulizija f’taqbida bl-armi tan-nar li kienet seħħet dak inħar fejn fiha kienu spiċċaw feruti l-istess Debono u Muscat kien ġie differit ‘sine die’.

Dan peress li ftit tas-sigħat qabel, il-Qorti kienet fetħet b’urġenza wara li Debono kien ammetta l-involviment tiegħu fil-każ. Dan kien seħħ permezz ta’ patteġġament (ftehim) bejn l-Avukat Ġenerali u d-difiża ta’ Debono fejn waqgħu l-akkużi ta’ attentat ta’ qtil minn naħa ta’ Debono għal dawk ta’ feriti gravi, prattikament l-istess akkużi li bihom qiegħed jiġi akkużat Muscat.

F’argumenti kemmxejn sħart mill-partijiet id-difiża qalet li jekk Darren Debono se jixhed, dan għandu jubda x-xhieda tiegħu mill-bidu sa l-aħħar, bl-eżami u l-kontro-eżami b’kollox, u li ma jista’ jikkomunika ma’ ħadd.

L-Avukat Debono qal li dan huwa fuq każ li beda 10 snin ilu u li  invista tal-artiklu 109 ix-xhieda tiegħu m’għandhiex tkun ammissibbli. Minn naħa tagħha l-Avukat Buttigieg ikkwotat l-artilu 406 u qalet li f’każ fejn l-att tal-akkuża ġiet diġa ppreżentata, talba biex ikun hemm xhieda oħra għandha ssir b’rikors quddiem il-Qorti Kriminali.

Hawn l-Avukat Attard Montalto qal li li kien għall-AĠ Debono kien jixhed fil-ġuri għaliex talba li x-xhud għandu jidħol fil-lista ta’ xhieda tal-ġuri. Buttigieg qalet li kull ma għamlet hija li tagħat żewġ għażliet lill-Imħallef li kien se jippresiedi l-ġuri, u li dan ma laqax it-talba biex jixhed fil-ġuri jew li jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, u terġa’ tinfetaħ il-kumpilazzjoni.

Pjan biex issir referenza kostituzzjonali dwar jekk jixhidx Darren Debono

Debono qal li d-difiża qed tippjana li tagħmel referenza Kostituzzjonali u argumenta li jekk ix-xhud jixhed, jista’ jikkawża preġudizzju irrimedjabbli. Il-liġi tgħid li jekk xi ħadd jinstab ħati li gideb taħt ġurament, dik il-persuna għandha titqiegħed taħt interdizzjoni ġenerali “u ma tistax isservi ta’ xhud,” qal Debono. Huwa żied jgħid li għamel riċerka estensiva dwar kif kien żviluppa dan il-prinċipju, anke f’ġurisdizzjonijiet oħra.

Itenni li jekk din il-qorti tiddeċiedi kontra l-klijent tiegħu, se jkun qed jippreżenta riferenza Kostituzzjonali. “Ma nafux x’se jgħid Debono, iżda għandu problema oħra. Nifhem li se jixhed bħala kompliċi. Il-liġi tistipula li x-xhieda tal-kompliċi għandha tiġi trattata bi spezzjoni kbira,” qal l-avukat. “Huwa perikoluż ħafna li tħallih jixhed.”

Minn naħa tagħha l-Avukat Busuttil argumentat dwar l-ammissibilità ta’ xhud, inkluż Daren Debono, jistgħu jinstemgħu biss quddiem il-Qorti Kriminali u mhux din il-qorti, li għandha rwol limitat kif spjegat qabel. L-istess jgħodd għal kull talba oħra li jista’ jagħmel l-akkużat, hija qalet.

Debono qal li ma jistax jaqbel mas-sottomissjonijiet tal-AĠ u tenna li l-Qorti tal-Maġistrati għandha s-setgħat kollha i bħala qorti tal-Kompilazzjoni.” “L-ebda raġuni valida fil-liġi ma saret għaliex it-talbiet tagħna m’għandhomx jiġu milqugħa,” sostna Debono.

Minn naħa tiegħu l-Avukat Montalto qal lill-Maġistrat li l-AĠ donnu qed jgħid li l-qorti għandha tisma’ x-xhieda u mbagħad tirreferi l-kwistjoni lill-qorti kriminali. “Dawn hu kollu logħob,” huwa qal.   Daren Debono tressaq bħala xhud fl-agħar ħin possibbli għad-difiża, filgħodu tal-ġuri, qal l-avukat.

Hu ma qabilx mal-interpretazzjoni tal-AĠ tad-digriet tal-Qorti Kriminali, sostna li meta l-atti jintbagħtu lura lill-Qorti tal-Maġistrati, dik il-qorti kellha l-poteri kollha tas-soltu tagħha.

Giannella Busuttil qalet lill-Qorti li x-xhud irid jinstema’ qabel jiskadi xahar minħabba it-termini legali. Il-Qorti talbet lill-Prosekuzzjoni u d-difiża biex jippreżentaw nota tas-sottomissjonijiet tagħhom sa nhar it-Tlieta li ġejjin.

Montalto informa lill-qorti li d-difiża ma kinitx sodisfatta bl-arranġamenti attwali biex l-avukati jitkellmu mal-klijenti tagħhom fil-ħabs. Il-Qorti qalet li tista’ tagħmel biss rakkomandazzjoni peress li m’għandha l-ebda setgħa fuq l-amministrazzjoni tal-ħabs.

Busuttil kienet se tintervjeni. “Int se toġġezzjona għal din it-talba?” staqsiet l-maġistrat. “Le, imma din il-qorti għandha s-setgħa biss li tisma’ lix-xhud speċifikat,” jinsisti Busuttil. L-avukati jerġgħu jibdew jiċċaraw.

Debono ssostni li jekk issir talba għal pleġġ, din tkun il-qorti kompetenti biex tismagħha. Debono qal li jiddubita kell l-AĠ għandu saħansitra dritt ta’ udjenza quddiem il-qorti tal-kompilazzjoni, peress li dan huwa riżervat għall-pulizija.  

Il-Qorti qalet li tagħmel ukoll rakkomandazzjoni lid-direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex jagħti lill-akkużat żjarat ta’ kuntatt mal-avukati tiegħu biex ikun jista’ jħejji d-difiża tiegħu kif suppost.