Internazzjonali

Il-Honduras għandu l-ewwel President mara fl-istorja

TEGUCIGALPA, HONDURAS - NOVEMBER 28: Xiomara Castro, Presidential Candidate of the Libertad y Refundacion (Libre) Party, speaks at a press conference on November 28, 2021 in Tegucigalpa, Honduras. According to the National Electoral Council, Castro received 53,44% of the votes and the candidate of the ruling National Party, Nasry Asfura received 33.8% with over 16% of the votes counted. Hondurans elected the successor of Juan Orlando Hernandez, as well as deputies to congress and municipal mayors. The three main parties in contention are National, Liberal and Free, which seek to reach the presidency of the Central American country. (Photo by Inti Ocon/Getty Images)

Xiomara Castro, fl-aħħar sigħat, ħadet ir-riedni tal-Honduras bħala l-ewwel mara fil-kariga ta’ President fl-istorja ta’ pajjiżha.

Hi qed twiegħed aġenda radikali li għandha tpatti għal snin ta’ governanza mtappnin mill-iskandli u l-korruzzjoni. Intant, Castro kienet inawgurata President waqt ċerimonja mimlija bl-attrazzjonijiet fis-Stadium Nazzjonali ta’ Tegucigalpa u fejn ħadu sehem diversi gruppi etniċi residenti fil-pajjiż.

Xiomara Castro, tal-Partit għall-Ħelsien u Rifondazzjoni (Libre) tħaddan politika soċjalista demokratika u hi irnexxielha tikseb rebħa kbira fl-elezzjonijiet għall-Presidenza li saru f’Novembru.

Hu wkoll sinifikanti li l-bandiera tal-Honduras, taħt il-Gvern ta’ Castro, irritornat għall-kuluri oriġinali tagħha.

L-ewwel darba li Xiomara Castro ingħatat profil nazzjonali kien meta hi, fl-2009, mexxiet dimostrazzjoni fil-kapitali (Tegucigalpa) fejn insistiet ħalli żewħha, l-eks President Manuel Zelada, jirritorna fil-poter. Zelada tqaċċat mill-poter wara li s-suldati kienu daħlu fid-dar tiegħu u ħatfuh — bir-riżultat li hu kien kostrett li jgħix għal żmien fil-Kosta Rika.

Il-partit (Libre) ta’ Xiomara Castro rebaħ l-elezzjoni ta’ Novembru b’vantaġġ ta’ aktar minn 14-il punt perċentwali fuq l-avversarju  ewlieni Nasry Asfura, is-sindku tal-kapitali u l-kandidat għall-Presidenza tal-Partit Nazzjonali tal-eks President tal-Honduras, Juan Orlando Hernández.

Bil- 1.7 miljun vot favur tagħha, Castro anki waqqfet rekord bħala l-aktar kandidat għall-Presidenza li qatt appella lill-poplu —  bir-rebħa tenfasizza l-għatx tal-poplu biex jara bidla fil-pajjiż.

Qabel dan is-suċċess, Xiomara Castro kienet falliet fiż-żewġ kampanji preċedenti ( tal-2013 u l-2017)  u meta l-Honduras jibqa’ fost l-aktar pajjiżi konservattivi tal-Amerika Latina, bi ftit nisa eletti fil-karigi uffiċjali.