Lokali

L-MUT tikkundanna ġlieda li nqalgħet bejn numru ta’ studenti

Fi stqarrija, l-MUT ikkundannat il-ġlieda li bdiet iddur fuq il-media soċjali… liema filmat tal-ġlieda juri numru ta’ studenti ta’ bejn il-11 u t-12-il sena li qabdu jiġġieldu bl-idejn u jiġbdu xagħar studenta.

Jidher li dan l-inċident seħħ wara l-ħin tal-iskola ‘il bogħod mill-binja tal-iskola tagħhom. L-MUT qalet li l-iskola ġiet infurmata b’dak li seħħ dakinhar stess tal-ġlieda u ttieħdu l-passi meħtieġa, fosthom il-Pulizija.