Lokali

Mario Cutajar iwieġeb għal diskors tad-deputat Joe Ellis

Ittra bid-Dritt ta' Risposta

Nirreferi għar-rapport dwar id-diskors tad-deputat Joe Ellis fil-Parlament dwar dak li ssejjaħ bħala attakk fuq l-Ombudsman mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, li deher il-Ħamis 27 ta’ Jannar 2022.

Irid ikun preċiżat li ma sar l-ebda attakk fuq l-istituzzjoni tal-Ombudsman misSegretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Dak li nkiteb minn Mario Cutajar fil-pubblikazzjoni ‘Governance Action on the Parliamentary Ombudsman’s Annual Report 2020’ huwa sostanzjat bil-fatti fl-istess pubblikazzjoni, inkluż b’numru ta’ proposti għall-konsiderazzjoni biex ikunu addottati mill-istituzzjonijiet ta’ skrutinju fuq il-ħidma tal-Gvern. Dawn huma:

  • Il-bżonn ta’ proċeduri stabbiliti ta’ kif jimpjegaw in-nies l-istituzzjonijiet ta’
    skrutinju, inkluż persons of trust;
  • Introduzzjoni ta’ deadlines għal risposti dwar każijiet imressqa biex il-klijent
    jinqeda fl-iqsar żmien possibbli;
  • Il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet ta’ skrutinju jikkjarifikaw ma’ min ifittex is-servizzi
    tagħhom liema huma l-ilmenti li jistgħu jiġu investigati jew il-ħidma li tista’ ssir
    minnhom, u;
  • Li r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti jkunu bbażati għal kollox fuq fatti u ma
    jmorrux kontra l-liġijiet fis-seħħ.

Għandu jiġi nnutat li dawn il-proposti saru biex ikunu adottati mill-istituzzjonijiet kollha ta’ skrutinju fuq il-ħidma tal-gvern, u allura fejn ġie rrapurtat mill-Onor. Ellis li s-Sur Cutajar silet biss l-Ombudsman f’dak li nkiteb mhux korrett. Dak li nkiteb misSegretarju Permanenti Ewlieni jgħodd għall-istituzzjonijiet kollha.