Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni

Fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ filgħodu, raġel mill-Litwanja ta’ 22 sena, weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-każ seħħ fi Triq It-Trundiera, limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.