Ashleigh Barty għelbet lil Danielle Collins biex rebħet l-Open tal-Awstralja biex saret l-ewwel Awstraljana li rebħet il-Grand Slam f’Melbourne f’44 sena. Is-seed numru wieħed Barty irkuprat minn 5-1 fit-tieni set, biex finalment ħarġet rebbieħa 6-3 7-6.
Barty rebħet dan il-Grand Slam ukoll mingħajr ma tilfet set matul l-aħħar ġimgħatejn f’Melbourne. B’hekk dan hu t-tielet Grand Slam li rebħet Barty, hekk kif fl-2019 rebħet Roland Garros kif ukoll it-titlu ta’ Wimbledon.
L-Awstraljan ta’ 25 sena qalet li din kienet ħolma li issa saret realta’ hekk kif rebħet dan il-Grand Slam f’pajjiżha stess, filwaqt li rringrazzjat lill-pubbliku Awstraljan tas-sapport li tagħha matul dawn il-ġimgħatejn.
Intant, il-Ħadd filgħodu fir-Rod Laver Arena tintlagħab il-finali tal-Open tal-Awstralja tal-irġiel bejn l-Ispanjol Rafael Nadal u r-Russ Daniil Medvedev. Nadal se jkun qed ifittex li jsir l-aktar tennista ta’ suċċess ta’ kull żmien b’21 Grand Slam, filwaqt li Medvedev se jkun qed iħares li jirbaħ it-tieni Grand Slam tal-karriera.
//= $special ?>