Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 190 każ ġdid – jitlef ħajtu raġel

Fl-aħħar għaxart ijiem, il-pandemija f’pajjiżna ħatfet il-ħajja ta’ 31 persuna.

Dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa raġel ta’ 92 sena kien l-aħħar vittma s’issa tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin bl-ammont totali ta’ vittmi sa mill-bidu tal-firxa al-virus f’pajjiżna issa jlaħħaq il-545.

Dan filwaqt li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ġew irreġistrati 190 każ ġdid, b’93 persuna jinsabu rikoverati l-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus – inkluż 5 li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fl-aħħar 24 siegħa wkoll 441 qed jitqiesu bħala mfejqa mill-virus u għaldaqstant il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa naqas għal 3,345.

Intant wara l-aħbar maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Każini tal-Baned, li jekk in-numru ta’ każi jibqgħu stabbli f’April jaf naraw iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi esterni mill-ġdid fil-lokalitajiet tagħna….bosta saħqu għal liema raġuni l-festi li jaħbtu fi Frar u Marzu se jkun qed issir diskriminazzjoni magħhom.